avvizi parrocca

Avviżi – 02.08.2026

Avviżi – 02.08.2026  –  It-18-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tlieta 04/08:
    • Fis-7.00pm tibda l-Mixja tal-Festa minn ħdejn il-Knisja ta Ħad-Dingli sal-kappella l-antika ta’ San Martin, il-Baħrija. Wara jkollna trasport lura lejn Ħad-Dingli. Inħeġġukom tattendu, b’dawk li ġejjin għandhom jinkitbu fis-sagristija.
  2. Il-Ġimgħa 07/08; nagħtu bidu għall-Kwindiċina tal-festa ta’ Santa Marija
    • Bejn it-8.00am u 12.00pm mistiedna nsibu ħin u niġu l-knisja għal mument ta’ talb u adorazzjoni privata quddiem Ġesu’ Sagramentat. Għal min jixtieq, fid-9.00am jibda mument ta’ adorazzjoni organizzata.
    • Filgħodu wkoll, mit-8.30 ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja u jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom.
    • Fis-6.30pm nieħdu sehem fil-quddiesa tal-bidu tal-Kwindiċina li se tiġi ċċelebrata ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. Imexxi Patri Paul Attard, Franġiskan.
  3. Is-Sibt 08/08; ikun Jum il-Komunita’ Parrokkjali taħt il-patroċinju ta’ Santa Marija.
    • Filgħaxija jkollna quddiesa waħda fil-parroċċa li tibda fis-6.30pm u se titmexxa mill-Arċipriet ta’ Ħaż-Żabbar, Dun Roderick Camilleri. Wara l-quddiesa, issir il-kwindiċina, nieħdu l-Barka Sagramentali u nilqgħu lill-istatwa għażiża ta’ Santa Marija li tinħareġ fuq iz-zuntier tal-Knisja.
    • Fit-8.30pm tibda l-Ikla tal-Festa fil-pjazza ħdejn il-Knisja. Kitba sa nhar l-Erbgħa fis-sagristija jew kif spjegat fil-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
  4. Il-Ħadd 09/08:
    • Il-ġbir fil-quddies ta’ tmiem din il-ġimgħa jkun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa.
    • Għall-quddiesa tad-9.30am qegħdin nagħmlu stedina speċjali lill-komunita’ sportiva tar-raħal, kemm dawk li jipprattikaw xi sport kif ukoll dawk li jsegssswu l-isport.
  5. Avviżi oħra:
    • Fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ souvernirs tal-festa ta’ Santa Marija fosthom t-shirts għal kull eta’ u pavaljuni għall-gallariji.
    • Jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li joqgħodu f’xi residenza għall-anzjani, nitolbukom tgħarrfuna bihom biex inżuruhom bħala Parroċċa, permezz tal-Kummissjoni Djakonija.
    • Qed niġbru dettalji ta’ koppji li din is-sena għalqu/se jagħlqu 60, 50, 25, jew 10 snin miżżewġin biex nistednuhom għall-quddiesa tal-aħħar jum tat-tridu tal-festa. Dettalji jistgħu jingħataw lill-Arċipriet.
    • Il-Ġimgħa 14/08, fid-9:30am ser issir il-quddiesa tal-anzjani marbuta mal-festa ta’ Santa Marija. Jekk hawn xi anzjani residenti Ħad-Dingli, li ma jattendux id-Day Centre, u jixtiequ jattendu għandhom jiktibu mill-aktar fis fis-sagristija biex jiġi ko-ordinat trasport għalihom. Is-servizz se jingħata wkoll jekk hemm min hu f’wheelchair.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 20 bħala donazzjonijiet b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa. Nirringrazzjawkom.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.