avvizi parrocca

Avviżi – 23.08.2026

Avviżi – 23.08.2026  –  Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija

  1. L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA.   Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum f’dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u fl-isptarijiet, u fl-emigranti.  Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom.
  2. Il-quddiesa ewlenija ta’ jum il-festa tibda fid-9.15am. Se titmexxa minn Dun George Scerri M.S.S.P. li din is-sena temm il-ħidma missjunarja tiegħu fil-Perù. Se tattendi wkoll il-Presidnet ta’ Malta, Dr Myriam Spiteri Debono. Inħeġġiġkom nagħmlu ħilitna u nattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni bħala komunità parrokkjali. Tajjeb li kulħadd ikun fil-knisja fid-9.00 biex nagħtu merħba lill-President. Il-quddiesa ta’ wara, li soltu tkun fil-11.00, tibda fil-11.15.
  3. Filgħaxija, il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija toħroġ fis-7.00 p.m.  Għall-ħabta tal-10.00 p.m. imbagħad nerġgħu niltaqgħu quddiem il-knisja għad-dħul tal-purċissjoni u l-kant tal-Innu l-Kbir.  Wara, nkunu flimkien fil-Knisja biex nirċievu l-Barka Sagramentali.
  4. Infakkrukom fl-importanza li l-Ħadd filgħaxija ma nipparkjawx vetturi fit-toroq li minnhom tgħaddi l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija.  Napprezzaw twasslu dan l-appell ukoll lill-qraba tagħkom.
  5. Mat-tmiem tal-festa, il-Ħadd filgħaxija stess, u nhar it-Tlieta u l-Erbgħa, ikollna bżonn ħafna għajnuna kemm fiż-żarmar fil-knisja u fuq barra, fit-tiwi tad-damask u fit-tindif.  Napprezzaw ħafna dik id-daqqa t’id li tistgħu toffru.  Tiddejqux tavviċinawna.
  6. Il-quddiesa tat-Tnejn, l-għada tal-festa, fis-6.00 a.m. ma ssirx.
  7. Matul il-ġimgħa li ġejja l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
  8. L-Erbgħa 02/09:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ se jorganizza ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Tluq fis-7.00am minn ħdejn l-għassa. Il-ħarġa tinkludi quddiesa fil-knisja ta’ San Franġisk r-Rabat, ħin liberu ir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ jew fis-sagristija.
  9. Avviżi oħra:
    • Infakkru li min għadu ma tax is-sehem tiegħu għall-festa ta’ ġewwa sabiex ma joqgħodx lura. Jista’ jħalli l-envelope il-Knisja waqt il-ġbir jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
  10. B’rabta mal-festa:
    • Aktar minn 20 persuna resqu biex jagħtu d-demm il-Ħadd li għadda;
    • Tqassmu 14-il hamper lill-persuni fil-bżonn permezz tal-oġġetti li ġibtu l-knisja;
    • Mill-Pellegrinaġġ tal-Muturi nġabru € 920 għall-Fondazzjoni RISE;
    • Ingħataw € 350 f’donazzjonijiet b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa; u
    • F’jum il-festa filgħodu se tiġi ppreżentata lill-President ġħotja sabiħa lill-Malta Community Chest Fund minn flus li nġabru mill-parroċċa. Prosit u grazzi lil kulħadd.

 

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.