Avviżi – 13.09.2025 – L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Il-Ħamis 17/09, ser jiġi organizzat JESUS FEST:
- Fis-6.30pm – Quddiesa ta’ għeluq is-Sajf fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien li fiha qed nistiednu lit-tfal kollha jattendu mal-familjari tagħhom. Wara jkollna logħob u ikel. Booking għall-ikel mis-sagristija jew mingħand il-membri tal-Kummissjoni Tfal.
- Il-Ġimgħa 18/09:
- Is-Soċjeta’ tal-MUSEUM qed tagħmel stedina lil kulħadd għal SAJDA MUSEUMINA b’attivitajiet għall-familja kollha li tinkludi wirjiet differenti, spazji ta’ riflessjoni, talb u attivitajiet fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera. Dan il-post jinsab fuq wara tal-iskola St Michael’s. L-attivita’ tibda fis-6.30pm.
- Is-Sibt 19/09:
- Il-quddiesa tal-4.30 pm tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
- Il-Ħadd 20/09, Jum l-Art Imqaddsa:
- Il-ġbir fil-quddies ikun b’risq il-ħidma tal-Patrijiet Franġiskani hemmhekk u b’risq il-ħarsien tal-postijiet sagri marbuta ma’ ħajjet Sidna Ġesu’ Kristu.
- Avviżi oħra:
- B’rabta mas-sena tad-duttrina infakkru lil dawk il-ġenituri li għandhom ’l uliedhom li ser jirċievu s-sagramenti ta-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fis-sena li ġejja (2027), biex jieħdu l-Formoli tar-Reġistrazzjoni u ċ-Ċertifikati tal-Magħmudija ta’ wliedhom. Dettalji oħra dwar meta ser ikunu l-jiem u l-ħinijiet tad-duttrina jinkisbu mingħand is-Superjuri u l-paġni ta’ facebook tal-M.U.S.E.U.M.
- Ġenituri li jixtiequ ritratti ta’ tifkira tal-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Marija li saret fil-festa ta’ din is-sena jistgħu jikkuntattjaw lill-Arċipriet.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 630 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja;
- € 35 f’donazzjonijiet għall-istess għan. Nirringrazzjawkom.


Ikkummenta