avvizi parrocca

Avviżi – 06.09.2026

Avviżi – 06.09.2026  –  It-23 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tlieta 08/09; niċċelebraw is-Solennità tat-Twelid tal-Madonna – Marija Bambina.
    • Il-ħin tal-quddies fil-parroċċa tagħna jkun bħal ta’ matul il-ġimgħa, u tiżdied quddiesa fit-8.30am.
    • Filgħaxija ser norganizzaw transport għall-festa fil-Mellieħa. It-trasport jitlaq fis-6.00pm minn ħdejn l-għassa. Kitba sal-lum fis-sagristija jew għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
  2. Il-Ħamis 10/09:
    • Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
  3. Il-Ġimgħa 11/09:
    • Fis-7.00 pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi tombla u ikel Malti, fil-pjazza ħdejn il-Knisja. F’każ li t-temp ma jippermettix, l-attivita’ ssir fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Dingli’.
  4. Il-Ħamis 17/09 se norganizzaw l-attività JESUS FEST għat-tfal kollha.
    • Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa ta’ għeluq is-Sajf fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien u wara jkollna logħob u xi ikel. It-tfal kollha mistiedna jattendu.
  5. Il-Ġimgħa 18/09:
    • Mis-6.30pm ’il quddiem, is-soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. qed tistedinna għal SAJDA MUSEUMINA b’attivitajiet għall-familja kollha li jinkludu wirjiet differenti, spazji ta’ riflessjoni u talb fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan, f’Santa Venera.
  6. Avviż dwar id-duttrina fis-sena kateketika l-ġdida:
    • Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru ser isir il-ftuħ tas-sena tad-duttrina tat-tfal kollha fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli. Għalhekk, ġenituri li għandhom uliedhom li se jibdew il-klassijiet tal-Ewwel Tqarbina jew tal-Griżma, għandhom jirreġistraw lil uliedhom għad-duttrina billi jitolbu 2 formoli mingħand is-Superjuri. Il-formoli mimlija flimkien maċ-ċertifikat tal-Magħmudija li jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali tal-post fejn irċevew dan is-sagrament, jerġgħu jgħadduhom lis-Superjuri. Min ser ibiddel il-post fejn jattendi għad-duttrina għandu jinforma lis-superjuri wkoll.
    • Il-ġbir tal-formoli tar-reġistrazzjoni ser isir f’dawn id-dati u ħinijiet:
      • – mill-M.U.S.E.U.M. tas-Subien:
        • It-Tnejn 07/09 – bejn il-5:00pm u s-6:00pm.
        • Il-Ħamis 10/09 – bejn il-5:00pm u s-6:00pm.
        • It-Tnejn 14/09 – bejn il-5:00pm u s-6:00pm;
        • Il-Ħamis 17/09 – bejn il-5:00pm u s-6:00pm;
        • Ara: https://www.facebook.com/museum.dingli/
      • – Mill-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet:
        • It-Tnejn 07/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm;
        • Il-Ħamis 10/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm.
        • It-Tlieta 22/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm;
        • Il-Ħamis 24/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm.
        • Ara: https://www.facebook.com/profile.php?id=100079768920388
      • Aktar dettalji dwar ir-reġistrazzjoni u l-ġranet u l-ħinijiet tad-duttrina mill-paġni ta’ facebook tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 510 f’donazzjonijiet għall-proġetti fil-knisja. Nirringrazzjawkom.
  8. Nitolbu għal Catherine Muscat u għal Joseph Abela li għaddew għal ħajja ta’ dejjem fl-aħħar jiem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.