Avviżi - 25.09.2022 - Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 25/09, il-Jum Dinji ddedikat lill-Immigranti u Refuġjati: Fid-9.30am - Quddiesa li fiha qed nistiednu b’mod speċjali lill-għalliema, professjonisti oħra fl-edukazzjoni u lit-tfal kollha biex jiġu bil-basktijiet l-pockets tal-iskola sabiex fl-aħħar tal-quddiesa nagħmlu talba tal-barka fuqhom fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena skolastika u edukattiva ġdida. 2. Il-Ħamis 29/09: Fis-7.00pm - Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mumen ...
Avviżi – 18.09.2022
Avviżi - 18.09.2022 - Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 18/09, Jum l-Art Imqaddsa: Il-ġbir fil-quddiesa jmur għal ħidmet il-Patrijiet Franġiskani fil-ħarsien ta’ postijiet sagri fl-Art Imqaddsa. Il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli. Fit-8:00am - Il-quddiesa ser issir fl-Oratorju Salesjan (u mhux fil-knisja), u wara jiġi inawgurat ir-restawr tan-niċċa tal-Kunċizzjoni u jkomplu diversi attivitajiet fiċ-ċentru tar-raħal.; Filgħaxija, fis-6.15 jibda marċ mill-banda ta’ Ħad-Dingl ...
Avviżi – 11.09.2022
Avviżi - 11.09.2022 - L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena Mit-Tnejn (12/09) sal-Ħamis (15/09): L-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq. Il-Ħamis 15/09: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. Il-Ġimgħa 16/09: Mis-7.30 p.m. ‘il quddiem il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi tombla, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Booking għall-ikel mis-sagristija jew ...
Avviżi – 04.09.2022
Avviżi - 04.09.2022 - It-23 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 04/09: Il-ġabra fil-quddiesa hi dik speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar u se tkun għall-ispejjeż li l-parroċċa għandha biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa. Nirringrazzjakom tal-offerti tagħkom. 2. Infakkru li x-xahar ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru - Festa ta’ San Franġisk - hu ddedikat lil aktar għarfien u għall-ħarsien tal-ħolqien. “Isma’ leħen il‑ħolqien” hija t-tema li Papa Franġisku qed jipproponielna. Għalhek ...
Avviżi – 28.08.2022
Avviżi - 28.08.2022 - It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena 1. L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, Monsinjur Louis Camilleri, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa sabiħa u dinjituża li ċċelebrajna f’ġieħ Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll b’donazzjonijiet fil-ġbir. Nibqgħu ngħożżu l-fatt li konna flimkien, familja waħda li qed tiċċelebra u li k ...
Avvizi – 21.08.2022
Avviżi - 21.08.2022 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija 1. L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA. Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum għal dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u kemm fl-isptarijiet u fl-emigranti. Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom. 2. Il-quddiesa solenni ta’ jum il-fes ...
Avviżi – 14.08.2022
Avviżi - 14.08.2022 - L-20 Ħadd ta’ matul is-Sena 1. Illum 14/08: qed nieħdu żewġ inizjattivi importanti ta’ solidarjetà għal żmien il-festa: - Il-ġbir li se jsir fil-quddiesa se tkun l-għotja ta’ karita’ li l-parroċċa tagħti għall-festa. Din is-sena l-flus miġbura se jingħataw lil Hospice Malta li qed ilestu binja f’Santa Venera li se tinbidel f’kumpless biex pazjenti morda bil-kanċer u mard ieħor jingħataw kura paljattiva b’xejn u servizzi ta’ appoġġ lill-qraba. - Mit-8.30am sas-1.00pm ...
Avviżi – 07.08.2022
Avviżi – 07.08.2022 – Id-19-il Ħadd ta’ matul is-Sena 1. Illum 07/08: Il-ġbir fil-quddies ta’ tmiem din il-ġimgħa jkun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa. Fil-quddiesa tad-9.30 a.m. ser issir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda. Tajjeb ninfurmawkom tul dan ix-xahar għandna 4 abbatini mill-parroċċa li qed jagħtu servizz ta’ 10t’ijietm fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Bħalissa hemm Julian Baldacchino u Nicholas Balzan u dalwaqt imorru Aaron Azzopardi u Jayden Chircop. 2. It-Tnejn ...
Avviżi – 31.07.2022
Avviżi - 31.07.2022 - It-18-il Ħadd ta’ matul is-Sena L-Erbgħa 03/08: Fis-7.00pm, minn ħdejn il-Knisja tibda l-Mixja tal-Festa bil-waqfa ser tkun fil-ġonna tal-Palazz Verdala fil-Buskett. Min jixtieq jiġi jista’ jinkiteb fis-sagristija. Il-Ħamis 04/08: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù sagramentat. Il-Ġimgħa 05/08 – Bidu tal-Kwindiċina (15-il ġurnata ta’ tħejjija għall-festa) Filgħodu - Isir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom; Il-Knisja se tkun ...
Avviżi – 24.07.2022
Avviżi - 24.07.2022 - Is-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 24/07; Open weekend fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Min se jattendi jista’ jara x-xogħol ta’ restawr li sar, jinżlu fil-kripta, jiltaqgħu mal-isqfijiet, jattendu għall-quddiesa, jipparteċipaw f’taħdidiet informattivi u jsiru jafu aktar dwar il-ħidma pastorali li ssir mill-Knisja f’Malta. Illum ukoll hu l-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani. Nawgurawlhom u nirringrazzjawhom tax-xogħol u l-kontribut tagħhom fis-soċjeta’ tagħna. ...


