Avviżi - 20.04.2025 - Ħadd il-Għid il-Kbir Illum 20/04, l-Għid il-Kbir: L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Jirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-organizzazzjoni ta’ dawn il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awgurju lill-familjari u l-qraba kollha. Wara l-qudd ...
Avviżi – 13.04.2025
Avviżi – 13.04.2025 - Ħadd il-Palm Illum 13/04: Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa. Fid-9.00am ninġabru quddiem il-M.U.S.E.U.M. tas-Subien biex issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Fid-9.30 tibda quddiesa solenni fil-Knisja li fiha t-tfal jippreżentaw il-karus ta’ imħabba. Inħeġġiġkom issegwu l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa li tqassam fi djarkom u ssegwu l-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’ għad-dettalji kollha dwar il-funzjonijiet, is-servizz tal-qrar u inizjattivi ...
Avviżi – 06.04.2025
Avviżi - 06.04.2025 - Il-5 Ħadd tar-Randan Mit-Tnejn 07/04 sal-Erbgħa 09/04: Filgħodu jsiru l-Eżerċizzi tat-tfal fl-iskola primajra; u Filgħaxija se jiġi organizzat l-aħħar kors ta’ eżerċizzi spiritwali. Dawn ser isiru fil-quddiesa tas-6.30pm u se jitmexxew mill-Arċipriet. Inħeġġu għal attendenza b’widnejn u qalb miftuħa. F’dawn il-ġranet, il-parroċċa se twassal fi djarkom il-programm dettaljat tal-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeġġiġkom issegwuh u tattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet u l- ...
Avviżi – 30.03.2025
Avviżi - 30.03.2025 - Ir-4 Ħadd tar-Randan Illum 30/03: Mit-8.30am sas-1.00pm - Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Trid tintwera l-Karta tal-Identità. Fid-9.30am - Quddiesa bis-sehem tat-tfal li għamlu l-Ewwel Qrara. Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser issir l-Erbgħa 02/04 minflok it-Tlieta. Il-laqgħa tibda fid-9.30am u se tkun indirizzata minn uffiċjal tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u parti oħra minn Dun Ġorġ Scerri ...
Avviżi – 23.03.2025
Avviżi - 23.03.2025 - It-3 Ħadd tar-Randan Nhar it-Tlieta 25/03 tkun is-Solennita tat-Tħabbira tal-Mulej – l-Annunzjata. Għalhekk bix-xieraq li insellmu lil Ommna Marija u nitolbuha ta’ spiss anke matul din is-sena billi ngħidu t-talba: “Qaddisa Marija, għallimna nemmnu, nittamaw u nħobbu flimkien miegħek, ħalli nagħrfu dejjem aktar nilqgħu lil Kristu Ibnek fina u nwassluH lil ta' madwarna. Urina t-triq lejn is-saltna tiegħu u mexxina Int fil-mixi tagħna għas-sema pajjiżna!” (Ispira ...
Avviżi – 16.03.2025
Avviżi - 16.03.2025 - It-2 Ħadd tar-Randan Illum, il-Ħadd 16/03: Bejn it-8.30am u nofsinhar membri tal-Kummissjoni Tfal ser ibiegħu zeppoli ta’ San Ġużepp fuq iz-zuntier. L-Erbgħa 19/03, Solennità ta’ San Ġużepp: Tajjeb li nqaddsu dan il-jum billi nieħdu sehem fil-quddies. Il-ħinijiet ser ikunu fis-6.00am, fis-7.30am, fit-8.30am u filgħaxija fis-6:30pm. Il-Ħamis 20/03: Fis-7.00pm - Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni. Fis-7.45pm - Jiltaqa’ l-Kun ...
Avviżi – 09.03.2025
Avviżi - 09.03.2025 - L-1 Ħadd tar-Randan Mit-Tnejn 10/03 sal-Ġimgħa 14/03 (minbarra t-Tlieta): Fid-9.00am tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċentru Parrokkjali; u fid-9.30am jkollna l-ewwel kors ta’ eżerċizzi miftuħ għal kulħadd liser isiru fiċ-ċentru stess. Dawn se jitmexxew minn Mons. AntonGouder. It-Tlieta 11/03: Fid-9.30am laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali bil-kelliema tkun mis-Sedqa u s-suġġett ikun: Il-Komunikazzjoni. ...
Avviżi – 02.03.2025
Avviżi - 02.03.2025 - It-8 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 02/03: Wara l-quddiesa, minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom tal-Karnival. It-Tlieta 04/03: Fit-8.15pm - Laqgħa fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-Fratelli bi tħejjija għar-Randan u għall-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeġġu lill-fratelli preżenti, lil dawk li kienu, u lil min jixtieq jingħaqad mal-grupp tal-fratelli biex jattendi. L-Erbgħa 05/03, l-Erbgħa tal-Irmied, il-bidu tar-RANDAN Imqad ...
Avviżi – 23.02.2025
Avviżi - 23.02.2025 - Is-7 Ħadd ta’ matul is-Sena Minħabba x-xogħol li qed isir fil-knisja, mit-Tnejn sal-Ġimgħa filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8.00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Mill-Ġimgħa filgħaxija, il-quddiesa jibda jsir normali fil-Knisja Arċipretali. Il-parroċċa hi grata ħafna għall-għajnuna u l-koperazzjoni ta’ ħafna fix-xogħol u fit-tind ...
Avviżi – 16.02.2025
Avviżi - 16.02.2025 - Is-6 Ħadd ta’ matul is-Sena Kif tistgħu tosservaw, ix-xogħol fil-kappelluni tal-Knisja kompla fil-jiem li għaddew. Matul din il-ġimgħa wkoll, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8.00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd isir normali fil-Knisja Arċipretali. Nieħdu l-okkażjoni ni ...