avvizi parrocca

Avviżi – 15.10.2023

Avviżi - 15.10.2023  -  It-28 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 15/10: Mid-9.30am sa 12:00pm isir seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2024, u jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd. It-Tlieta 17/10: L-Isqfijiet qed iħeġġuna biex dakinhar tkun ġurnata ta’ talb u sawm għall-paċi fl-Art Imqaddsa, fl-Ukrajna u fil-popstijiet kollha li għaddejjin minn kalvarju u ġlied. Il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” li tibda fid-9.30am ser issir fil-Knisja Arċipretal ...

avvizi parrocca

Avviżi – 08.10.2023

Avviżi - 08.10.2023  -  Is-27 Ħadd ta’ matul is-Sena Mit-Tnejn 09/10 sal-Ġimgħa 13/10 - Ġimgħa Familja: Kuljum fis-7.00 p.m. ser ikollna laqgħat fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-koppji miżżewġa u għall-għarajjes. Jekk verament inħobbu l-familja tagħna, irridu ninvestu fiha u dan hu mezz li l-parroċċa qed toffrielkom b’laqgħat b’suġġetti attwali li se jkunu ndirizzati minn kelliema esperti fosthom saċerdoti, psikologu, għalliema, u ġenituri li jikkoordinaw il-grupp ‘Drachma’. Inħeġġu l-kopp ...

avvizi parrocca

Avviżi – 01.10.2023

Avviżi - 01.10.2023  -  Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 01/10: Fid-9:30am quddiesa li fiha qed nistiednu b’mod speċjali lill-gaħlliema, u lit-tfal biex jiġu bil-basktijiet tal-iskola sabiex fl-aħħar tal-quddiesa nagħmlu talba tal-barka hekk kif qed tibda sena skolastika ġdida. Mil-lum il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4:30 u mhux fil-5:00. It-Tlieta 03/10: Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ jerġa’ jibda jiltaqa’ kull ġimgħa. Dan il-grupp hu miftuħ għan-nisa ko ...

avvizi parrocca

Avviżi – 24.09.2023

Avviżi - 24.09.2023  -  Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena Il-Jum Dinji ddedikat lill-Immigranti u Refuġjati It-Tnejn 25/09: Il-quddiesa tas-6.30pm se tkun b’radd il-ħajr lil Alla, u b’talb speċjali lill-Qaddej ta’ Alla, Mons. Ġużeppi De Piro. Se jikkonċelebraw flimkien 5 saċerdoti tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, fosthom Dun Ġorġ Scerri, li din is-sena għalqu 55 sena saċerdoti. Il-Ħamis 28/09: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni. Il-Ħadd ...

avvizi parrocca

Avviżi – 17.09.2023

Avviżi - 17.09.2023  -  L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 17/09, il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli: fid-9.00am se tiġi ppreżentata lill-Arċipriet bandiera bl-arma tal-parroċċa biex tittella’ fuq id-Dar Parrokkjali; fid-9.30am fil-knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Lokali u li għaliha mistieden kulħadd; u fis-7.30pm ssir serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali. L-Erbgħa 20/09: Fl-10.00am ser issir ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Anz ...

avvizi parrocca

Avviżi – 10.09.2023

Avviżi - 10.09.2023 -  It-23 Ħadd ta’ matul is-Sena L-Erbgħa 13/09; fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 14/09; wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. Il-Ġimgħa 15/09; fis-7.30pm il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi ikel Malti u logħob ta’ tombla, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Kitba fis-sagristija jew kif spjegat mill-paġna ta’ facebo ...

avvizi parrocca

Avviżi – 03.09.2023

Avviżi - 03.09.2023  -  It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena Infakkru li x-xahar ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru – Festa ta’ San Franġisk – huwa ddedikat lill-aktar għarfien u għall-ħarsien tal-ħolqien. Għalhekk tajjeb li nieħdu sehem f’diversi inizzjativi - fuq livell personali u fuq dak soċjali - li jqajmu aktar kuxjenza dwar dan. Il-Ħamis 07/09: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. Il-Ġimgħa 08/09, Solennità tat-Twelid tal-Madonn ...

avvizi parrocca

Avviżi – 27.08.2023

Avviżi - 27.08.2023  -  Il-21 Ħadd ta’ matul is-Sena L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, u l-Kleru, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa sabiħa u dinjituża li ċċelebrajna f’ġieħ Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll b’donazzjonijiet fil-ġbir.  Nibqgħu ngħożżu l-fatt li konna flimkien, familja waħda li qed tiċċelebra u li kienet viċin ukol ...

avvizi parrocca

Avviżi – 20.08.2023

Avviżi - 20.08.2023 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA.   Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum f’dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u fl-isptarijiet, u fl-emigranti.  Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom.Il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa tibda fid-9.15 am u se titmexxa min-Nunzju Apposto ...

avvizi parrocca

Avviżi – 15.08.2023

Avviżi - 15.08.2023  -  Is-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna It-Tlieta 15/08: L-Għid tal-Assunta Nistiednu ‘l min għandu mutur biex jieħu sehem fil-pellegrinaġġ tal-muturi li jitlaq minn fuq iz-zuntier tal-Imġarr fl-09.45am u jasal ħdejn il-knisja ta’ Ħad-Dingli ftit qabel il-11.00 fejn isir it-tberik tas-sewwieqa. L-Erbgħa 16/08: Mit-8.00 am ser isir il-ħasil tal-Knisja. Napprezzaw l-għajnuna ta’ kull min jista’ jagħti daqqa t’id L-Erbgħa nagħtu bidu għat-tridu tal-fes ...