avvizi parrocca

Avviżi – 06.08.2023

Avviżi - 06.08.2023  -  Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej Illum 06/08: Il-quddiesa tad-9:30am se tlaqqa’ flimkien lil dawk li jipprattikaw xi sport u dawk li jsegwu l-isport f’talba lil Marija Assunta biex tħarishom. It-Tnejn 07/08: Il-quddiesa tas-6.30 p.m. ser issir f’Misraħ Frenċ Abela minflok fil-knisja u se tkun b’tifkira mit-twaqqif tal-banda Santa Marija. It-Tlieta 08/08: Fil-5.30pm nistiednu lit-tfal jinġabru f’Misraħ Frenċ Abela minn fejn jimxu f’korteo wara statw ...

avvizi parrocca

Avviżi – 23.07.2023

Avviżi - 23.07.2022  -  Is-16-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 23/07: Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani. Nawgurawlhom u nirringrazzjawhom tax-xogħol u l-kontribut tagħhom fis-soċjeta’ tagħna. L-Erbgħa 26/07: Ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. It-trasport jitlaq fit-8.00am minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija. Kitba għand il-membri tal-fund-raising. Il-Ħamis 27/07: Fis-7:00pm - Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. I ...

avvizi parrocca

Avviżi – 16.07.2023

Avviżi - 16.07.2023  -  Il-15-il Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tlieta 18/07: Fit-8.00 pm ser issir laqgħa għall-fratelli bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija. L-Erbgħa 19/07: Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla mal-Għaqda tal-Kompensatriċi. Aktar dettalji u booking mis-Sagristija sal-lum, il-Ħadd 16/07. Il-Ħamis 20/07: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat. Il-Ġimgħa 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena: Fis-7:30pm - ...

avvizi parrocca

Avviżi – 09.07.2023

Avviżi - 09.07.2023  -  L-14-il Ħadd ta’ matul is-sena It-Tnejn 10/07: Fis-6.00pm ser ikollna trasport organizzat għall-Fiera l-Kbira f’Monte Kristo, li jitlaq minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija. Kitba għand il-membri tal-fund-raising. L-Erbgħa 12/07: Ħarġa ta’ ġurnata f’Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Tluq fis-7.00 am minn ħdejn l-għassa. Kitba għand il-membri tal-fund-raising. Il-Ħamis 13/07: Wara l- ...

avvizi parrocca

Avviżi – 02.07.2023

Avviżi  - 02.07.2023  -  It-13-il Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tnejn 03/07: Fid-9.30am - Quddiesa fid-Day Centre. It-Tlieta 04/07: Fis-7.15pm - Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 06/07: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. Il-Ġimgħa 07/07, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom; Fit-8:30am u fis-5:45pm jkollna servizz ta’ qrar fil-Knisja. Filgħaxija ser ikol ...

avvizi parrocca

Avviżi – 25.06.2023

Avviżi  -  25.06.2023  -  It-12-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 25/06: Minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti. Fis-6.30pm - Quddiesa quddiem il-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, u wara tberik tal-pets fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija. It-Tnejn 26/06: Se norganizzaw trasport għat-Trade Fair fl-MFCC, Ta’ Qali. It-trasport jitlaq minn Ħad-Dingli fis-6.00pm. Dawk interessati għandhom jink ...

avvizi parrocca

Avviżi – 18.06.2023

Avviżi  -  18.06.2023  -  Il-11-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 18/06: Fid-9.00am isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.  Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin. Ikollna wkoll bejgħ ta’ doughnuts minn fuq iz-zuntier b’risq il-Kummissjoni Tfal. Mill-4.00pm sat-8.30pm - Il-Konkatidral ta' San Ġwann, fil-Belt Valletta, se jkun miftuħ f’okkażjoni oħra għall-pubbliku biex igawdi mingħajr ħlas ...

avvizi parrocca

Avviżi – 11.06.2023

Avviżi  - 11.06.2023  -  Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù - Corpus Christi Illum 11/06, Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù - Corpus Christi: Minn wara l-quddiesa tal-11:00am sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat. Fil-5:00pm - Quddiesa solenni mmexxija minn Dun Christopher Bugeja. Wara, purċissjoni bis-Sagrament bis-sehem fost l-oħrajn tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, ...

avvizi parrocca

Avviżi – 04.06.2023

Avviżi  - 04.06.2023  -  It-Trinità Mqaddsa – Jum l-Ewwel Tqarbina Illum 04/06: Nifirħu u nitolbu għat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina: 17 subien u 24 bniet. Fid-8.45am - It-tfal flimkien mal-katekisti jibdew mexjin f’purċissjoni mill-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. lejn il-knisja. Fid-9.30am - Tibda l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-11.00am tibda fil-11.15am. It-Tnejn 05/06, nibdew il-Ġimgħa Ewkaristika u għalhekk kuljum sa nhar il-Ġimgħa: Filgħodu - Mis-6.30 sas-7.30, Ġesu’ ...

avvizi parrocca

Avviżi – 28.05.2023

Avviżi  - 28.05.2023  -  Għid il-Ħamsin – Pentekoste Illum 28/05: Fid-9:30am - Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. It-Tnejn 29/05: Fis-5:45pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mat-tfal (subien u bniet) li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa ser issir fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien. Matul din il-ġimgħa t-tfal tal-Ewwel Tqarbina u l-ġenituri għandhom diversi mumenti organizzati għalihom skont programm li ngħatalhom. It-Tlieta 30/05: Filgħodu - Ħarġa ta ...