Avviżi - 18.08.2024 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA. Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum f’dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u fl-isptarijiet, u fl-emigranti. Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom. Il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa tibda fid-9.15 am u se titmexxa mill-eks ...
Avviżi – 11.08.2024
Avviżi - 11.08.2024 - Id-19-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 11/08: Aħna mistiedna nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm bejn it-8.30am u s-1.00pm. L-għoti tad-demm ser isir fid-Day Centre tal-Anzjani. Meħtieġa l-karta tal-identità. Għall-quddiesa tad-9.30am mistiedna speċjali l-persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li jgħixu Ħad-Dingli u l-emigranti Dinglin li jinsabu fostna. It-Tnejn, 12/08: Fil-quddiesa tas-6.30pm jiġu ppreżentati lil Santa Marija t-tra ...
Avviżi – 04.08.2024
Avviżi - 04.08.2024 - It-18-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 04/08: Il-quddiesa tad-9.30am se tlaqqa’ flimkien lil dawk li jipprattikaw xi sport u dawk li jsegwu l-isport. It-Tnejn 05/08: Il-quddiesa tas-6.30 p.m. ser issir f’Misraħ Frenċ Abela minflok fil-knisja u se tkun b’tifkira mit-twaqqif tal-banda Santa Marija. It-Tlieta 06/08: Fil-quddiesa ta’ filgħaxija se nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari mħeġġ ...
Avviżi – 28.07.2024
Avviżi - 28.07.2024 - Is-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena L-Erbgħa 31/07: Fis-7.00 p.m. nagħtu bidu għall-Mixja tal-Festa. Nitilqu minn ħdejn il-Knisja Arċipretali u se nimxu qalb il-kampanja sal-kappella tal-Vitorja, fl-Imtaħleb. Wara jkollna trasport lura lejn Ħad-Dingli. Inħeġġukom tattendu, b’dawk li ġejjin għandhom jinkitbu fis-sagristija. Il-Ġimgħa 02/08 - Nagħtu bidu għall-Kwindiċina tal-festa. Filgħodu - Isir it-tqarbin tal-morda fi djarhom; Mit-8.00am sa 12.00pm i ...
Avviżi – 21.07.2024
Avviżi - 21.07.2024 - Is-16-il Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tnejn 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena: Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-kappella ddedikata lill-Maddalena, fuq l-irdum. Wara jkollna attività soċjali. Il-biljetti għall-ikel huma għall-bejgħ mis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa jew tal-fund-raising tal-parroċċa. (It-Tnejn filgħaxija ma jkollniex il-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Arċipretali.) Il-Ħamis 25/07: Wara l- ...
Avviżi – 14.07.2024
Avviżi - 14.07.2024 - Il-15-il Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tlieta 16/07: Ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Tluq tat-trasport fis-7.00a.m. minn ħdejn l-għassa. Kitba għand il-membri tal-fund-raising sal-lum. Il-Ħamis 18/07: Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat. It-Tnejn 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena: Fis-7.30pm - Quddiesa quddiem i ...
Avviżi – 07.07.2024
Avviżi - 07.07.2024 - L-14-il Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tlieta 09/07: Fis-7:30pm - Laqgħa għall-fratelli bi tħejjija għall-festa fiċ-Ċentru Parrokkjali Il-Ħamis 11/07: Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. Il-Ħadd 14/07: Il-ġabra fil-quddies tkun dik magħrufa bħala “tal-Qamħ” għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa. Avviżi oħra: F’dawn il-jiem se tirċievu fid-djar fuljett b’informazzjoni utli mill-parroċċa. Tajjeb nieħdu n ...
Avviżi – 30.06.2024
Avviżi - 30.06.2024 - It-13-il Ħadd ta’ matul is-Sena Il-Ħamis 04/07: Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja. Il-Ġimgħa 05/07, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom; Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar. Filgħaxija ser ikollna Lejla Maltija għall-familja kollha, attivita’ li tinkludi ikel Malti u tombla. Din ser issir fil-pjazza ħdejn il-Knisja. Booking sal-Ħamis filgħaxija mis-s ...
Avviżi – 23.06.2024
Avviżi - 23.06.2024 - It-12-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 23/06: Minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti; u biljetti għal raffle b’diversi rigali sbieħ organizzat mill-Abbatini tal-parroċċa tagħna. Il-qliegħ kollu ser imur għall-missjoni fil-Perù tas-saċerdot u tabib Raymond Portelli, missjunarju Għawdxi li ilu 30 sena jaħdem hemmhekk. Il-flus se jitwasslulu direttament minn Dun Christopher Bugeja li x-xahar li ġej se jkun qed iwettaq esperjenza missjunar ...
Avviżi – 16.06.2024
Avviżi - 16.06.2024 - Il-11-il Ħadd ta’ matul is-Sena Jum il-Missier Illum 16/06: Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji tal-parroċċa se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin. Il-parroċċa tieħu l-okkażjoni tawgura u tirringrazzja lill-missirijiet kollha għas-sehem importanti tagħhom fil-familji tagħna. It-Tlieta 18/06, l-Erbgħa 19/06, u l-Ħami ...