avvizi parrocca

Avviżi – 04.02.2024

Avviżi - 04.02.2024  -  Il-5 Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tlieta 06/02: Fid-9.30am laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali; parti mit-taħdidiet b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa. Kulħadd mistieden. Il-Ħamis 08/02: Fis-7.15pm ser issir laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Is-Sibt 10/02, Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta: Dakinhar aħna l-in ...

avvizi parrocca

Avviżi – 28.01.2024

Avviżi - 28.01.2024  -  Ir-4 Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tlieta 30/01: Fid-9.30 am jkomplu l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ħamis 01/02: Il-parroċċa ġiet mistiedna biex tieħu sehem f’quddiesa u adorazzjoni mas-seminaristi fis-Seminarju tal-Arċisqof, f’Tal-Virtu. Fis-6.00pm jitlaq it-trasport minn ħdejn l-għassa biex fis-6.30 tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat u wara jkollna l-quddiesa. Inkunu lesti għall-ħabta tat-8.00 pm. Min j ...

avvizi parrocca

Avviżi – 21.01.2024

Avviżi - 21.01.2024 - It-3 Ħadd ta’ matul is-Sena u Ħadd il-Kelma t’Alla Illum 21/01: Fil-parroċċa tagħna niċċelebraw ukoll Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa qabel il-quddiesa tal-4.30pm jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali fil-Knisja. Inħeġġiġkom tiġu tfaħħru isem il-Mulej, titolbu għall-bżonnijiet tagħkom u b’riparazzjoni għad-dagħa. It-Tlieta 23/01: Fid-9.30am - Laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnif ...

avvizi parrocca

Avviżi – 14.01.2024

Avviżi - 14.01.2024  -  It-2 Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tlieta 16/01: Fid-9.30am - Laqgħa organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali u li hi parti minn sensiela ta’ taħdidiet dwar kif tista’ tiżviluppa ħiliet biex tindirizza l-istress u tkampa aħjar ma’ sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja. Kulħadd mistieden. Fis-7.15pm - Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 18/01: Fis-7.00pm - Adorazzjoni komunitarja quddiem Ġesù sagrament ...

avvizi parrocca

Avviżi – 07.01.2024

Avviżi - 07.01.2024  -  Solennità tal-Epifanija tal-Mulej Illum 07/01: Fid-9.15am - Purċissjoni flimkien mal-Maġi mill-Kappella tal-Adorazzjoni tal-Oratorju Salesjan lejn il-Knisja, li tagħti bidu għall-Quddiesa tad-9.30am. Mistiedna b’mod speċjali għal din il-quddiesa ġenituri u tfal, flimkien ma’ dawk li ġew joqgħodu ġodda fil-parroċċa tagħna. Fi tmiem il-quddiesa jingħataw il-premijiet tal-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju u tieqa mżejna. It-Tlieta 09/01: Fid-9.30am - Iko ...

avvizi parrocca

Avviżi – 01.01.2024

AvviżI - 01.01.2024  -  Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi Illum 01/01: L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Parrokkjali biex nawgurawlkom ilkoll is-Sena t-Tajba. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5:00pm. Il-Ħadd 07/01, Solennità tal-Epifanija tal-Mulej. Fid-9.15am - Purċissjoni qasira flimkien mal-Maġi mill-Kappella tal-Adorazzjoni tal ...

avvizi parrocca

Avviżi – 31.12.2023

AvviżI - 31.12.2023  -  Festa tal-Familja Mqaddsa Illum 31/12: L-aħħar jum tal-Kwaranturi. Inħeġġiġkom biex bejn nofsinhar u l-5.00 ta’ filgħaxija ssibu ħin tiġu l-Knisja għal mumenti privati ta’ talb quddiem Ġesu’ Sagramentat; Bejn l-4.15 u l-5.00pm ser ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja. Fil-5.00pm tibda l-quddiesa ta’ tmiem is-sena li fiha nroddu ħajr lil Alla għas-sena 2023 u f’għeluq it-345 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum, u tin ...

avvizi parrocca

Avviżi – 24.12.2023

Avviżi - 24.12.2023  -  Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Illum 24/12: Fl-4.30 pm – jibda servizz ta’ qrar fil-knisja; Fil-5.00pm - Quddiesa tal-Vġili tal-Milied; Fis-6.00pm - Kulħadd mistieden jieħu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin li tibda mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien, iddur f’diversi toroq tar-raħal u tispiċċa fil-Knisja Arċipretali, fejn isir programm speċjali. Fil-10.15pm - Tinfetaħ il-knisja; Fil-10.45pm – Tibda velja li tinkludi pageant, segwita mill-purċissjoni bix-xbieha ta ...

avvizi parrocca

Avviżi – 17.12.2023

Avviżi - 17.12.2023  -  It-Tielet Ħadd tal-Avvent Bħalissa ninsabu fin-Novena tal-Milied. Il-programm tqassam fid-djar tagħna u jinsab ukoll fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. Inħeġġukom tieħdu sehem għaċ-ċelebrazzjonijiet tan-Novena u ta’ żmien il-Milied, tersqu għat-tqarbin u thejju ruħkom bis-sagrament tal-qrar. Is-saċerdoti aħna disponibbli kull meta nintalbu personalment u mill-Ħamis sal-Ħadd li ġej filgħaxijiet ser ikollna diversi ħinijiet ta’ qrar. Id-dettalji kollha jinsabu fil ...

avvizi parrocca

Avviżi – 10.12.2023

Avviżi - 10.12.2023  -  It-Tieni Ħadd tal-Avvent Illum 10/12: Mit-8:30am sas-1:00pm - Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Meħtieġa l-karta tal-identità u l-maskra. F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja għandna il-Bazaar tal-Milied b’riżq il-parroċċa. Inħeġġukom biex wara l-quddiesa jew f’ħin ieħor tagħtu titwila. Il-Bazar jibqa’ miftuħ sa nhar l-Erbgħa. It-Tlieta 12/12: Fid-9.30am - Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fiċ-Ċentru Parrok ...