Avviżi – 20.08.2023 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija
- L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA. Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum f’dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u fl-isptarijiet, u fl-emigranti. Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom.
- Il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa tibda fid-9.15 am u se titmexxa min-Nunzju Appostoliku għal Malta. Jixraq li nieħdu sehem flimkien f’din iċ-ċelebrazzjoni bħala komunita’ parrokkjali. Il-quddiesa li soltu tkun fil-11.00, tibda fil-11.15.
- Infakkrukom fl-importanza li ma nipparkjawx vetturi fit-toroq li minnhom tgħaddi l-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Napprezzaw twasslu dan l-appell ukoll lill-qraba tagħkom.
- Il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija toħroġ fis-7.00 p.m. Għall-ħabta tal-10.00 p.m. imbagħad nerġgħu niltaqgħu quddiem il-knisja għad-dħul tal-purċissjoni u l-kant tal-Innu l-Kbir. Wara, inħeġġiġkom biex inkunu flimkien fil-Knisja biex nirċievu l-Barka Sagramentali.
- Il-quddiesa ta’ nhar it-Tnejn fis-6.00 a.m. ma ssirx u l-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
- Mit-tmiem tal-festa, il-Ħadd filgħaxija stess, u nhar it-Tlieta u l-Erbgħa jkollna bżonn ħafna għajnuna kemm fiż-żarmar fil-knisja u fuq barra, fit-tiwi tad-damask u fit-tindif. Napprezzaw ħafna dik id-daqqa t’id li tistgħu toffru. Tiddejqux tavviċinawna.
- It-Tnejn, l-għada tal-festa, ikollna ħarġa ta’ ġurnata baħar, Little Armier. It-tluq ikun fit-8.30 a.m. U nhar l-Erbgħa ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex bit-tluq minn Ħad-Dingli jkun fis-6.30 a.m. u se mmorru n-Nadur u wara ikel u għawm Marsalforn. Trasport jitlaq minn ħdejn l-għassa. Kitba għal dawn l-attivitajiet għand il-membri tal-fund-raising.
- Avviżi oħra:
- Infakkru lil min għadu ma tax is-sehem tiegħu għall-festa ta’ ġewwa biex ma joqgħodx lura. Jista’ jħalli l-envelope fil-Knisja waqt il-ġbir jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
- Fl-aħħar jiem:
- 24 persuna resqu biex jagħtu d-demm il-Ħadd li għadda;
- 19-il hamper tqassmu lill-persuni fil-bżonn permezz tal-oġġetti li ġibtu l-knisja;
- € 1,120 nġabru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bħala l-ġabra ta’ karita’ fi żmien il-festa li se tinqasam bejn Patri George Scerri għall-missjoni tiegħu fil-Peru u l-Fondazzjoni Arka li taħdem mal-persuni b’diżabilita;
- € 130 daħlu bħala donazzjonijiet għall-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Prosit u grazzi.
Ikkummenta