Avviżi – 30.08.2026 – It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena
- L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, u l-Kleru, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa sabiħa u dinjituża li ċċelebrajna f’ġieħ Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll b’donazzjonijiet fil-ġbir. Nibqgħu ngħożżu l-fatt li konna flimkien, familja waħda li qed tiċċelebra u li kienet viċin ukoll min jeħtieġ l-għajnuna permezz ta’ diversi inizjattivi ta’ solidarjetá li ttieħdu fosthom l-offerta ta’ €2,050 lill-Malta Community Chest Fund. Fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa hemm l-omeliji li saru fit-tridu, lejlet u nhar il-festa għal min jixtieq jismagħhom bħala mezz ta’ tagħlim nisrani. J’Alla li fuq kollox, il-festa kienet mezz biex permezz ta’ Marija ersaqna aktar qrib lejn binha, Ġesú.
- It-Tlieta 01/09:
- Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
- L-Erbgħa 02/09:
- Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ se jorganizzat ħarġa ta’ ġurnata f’Għawdex li tinkludi quddiesa fil-knisja ta’ San Franġisk r-Rabat, ħin liberu r-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Trasport jitlaq minn ħdejn l-għassa fis-7.00am. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp jew fis-sagristija sal-lum.
- Il-Ħamis 03/09:
- Fis-7.00pm, ikollna mument ta’ adorazzjoni fil-knisja.
- Il-Ġimgħa 04/09 – L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8.15am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
- Il-Ħadd 06/09:
- Ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
- It-Tlieta 08/09, Solennità tat-Twelid tal-Madonna – Il-Bambina.
- Il-ħin tal-quddiesa fil-parroċċa tagħna jkun bħal ta’ matul il-ġimgħa,
- u tiżdied quddiesa fit-8.30am.
- Filgħaxija ser norganizzaw transport għall-festa tal-Vitorja tal-Mellieħa. It-trasport jitlaq fis-6:00pm minn ħdejn l-għassa. Min hu mħajjar jista’ jinkiteb fis-sagristija jew għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
- Il-Ġimgħa 11/09:
- Fis-7.15pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi tombla u ikel Malti, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Kitba fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Dingli’.


Ikkummenta