avvizi parrocca

Avviżi – 12.11.2023

Avviżi - 12.11.2023  -  It-32 Ħadd ta’ matul is-Sena L-Erbgħa 15/11: Fil-5.00pm, rużarju u wara quddiesa u laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd organizzata mill-Għaqda tal-Kompensatriċi, fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret, fir-Rabat. Min beħsiebu jattendi, jinkiteb fis-sagristija sal-lum. Il-Ħamis 16/11: Fis-7.00pm ikollna ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-knisja. Is-Sibt 18/11: Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day; bl-ikel jitwassal diret ...

avvizi parrocca

Avviżi – 05.11.2023

Avviżi - 05.11.2023  -  Il-31 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 05/11: Fl-4.00pm mill-Knisja jitlaq Pellegrinaġġ bis-sehem tal-fratelli għaċ-ċimiterju tal-parroċċa. Fl-4.30 pm tiġi ċċelebrata l-quddiesa u fi tmiem isir it-tberik tal-oqbra. It-Tnejn 06/11: Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 09/11: Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja. Il-Ġimgħa 10/11: Fis-6.30pm quddiesa u wara ...

avvizi parrocca

Avviżi – 29.10.2023

Avviżi - 29.10.2023  -  It-30 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 29/10, Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja  (nhar is-26 ta’ Marzu 1939 mill-Isqof Mikiel Gonzi) u Jum il- Griżma tal-Isqof: Fid-9.30am - Quddiesa li fiha jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni. Fl-4.30pm - Quddiesa li fiha 36 adolexxent se jirċievu l-Griżma tal-Isqof. Inżommu lil dawn l-adoloxxenti f’talbna. It-Tlieta 31/10: Fid-9:30am ssir il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru Parrok ...

avvizi parrocca

Avviżi – 22.10.2023

Avviżi - 22.10.2023  -  Id-29 Ħadd ta’ matul is-Sena u Jum il-Missjoni Illum 22/10, Jum il-Missjoni: Nitolbu ħalli l-Mulej jimliena bil-ħeġġa biex inkomplu nxandru l-bxara t-tajba tal-Evanġelju u nitolbu lill-Madonna biex tbierek u tipproteġi lill-missjunarji kollha fil-ħidmiet varji tagħhom. Aħna mħeġġa ngħinu ħidmet il-missjunarji bit-talb u bl-offerti tagħna. Fl-envelopes li waslu fid-djar jista’ jintbagħat ċekk bil-posta lill-Uffiċċju Missjunarju jew tħallu l-envelope bid-donazzjon ...

avvizi parrocca

Avviżi – 15.10.2023

Avviżi - 15.10.2023  -  It-28 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 15/10: Mid-9.30am sa 12:00pm isir seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2024, u jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd. It-Tlieta 17/10: L-Isqfijiet qed iħeġġuna biex dakinhar tkun ġurnata ta’ talb u sawm għall-paċi fl-Art Imqaddsa, fl-Ukrajna u fil-popstijiet kollha li għaddejjin minn kalvarju u ġlied. Il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” li tibda fid-9.30am ser issir fil-Knisja Arċipretal ...

avvizi parrocca

Avviżi – 08.10.2023

Avviżi - 08.10.2023  -  Is-27 Ħadd ta’ matul is-Sena Mit-Tnejn 09/10 sal-Ġimgħa 13/10 - Ġimgħa Familja: Kuljum fis-7.00 p.m. ser ikollna laqgħat fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-koppji miżżewġa u għall-għarajjes. Jekk verament inħobbu l-familja tagħna, irridu ninvestu fiha u dan hu mezz li l-parroċċa qed toffrielkom b’laqgħat b’suġġetti attwali li se jkunu ndirizzati minn kelliema esperti fosthom saċerdoti, psikologu, għalliema, u ġenituri li jikkoordinaw il-grupp ‘Drachma’. Inħeġġu l-kopp ...

avvizi parrocca

Avviżi – 01.10.2023

Avviżi - 01.10.2023  -  Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 01/10: Fid-9:30am quddiesa li fiha qed nistiednu b’mod speċjali lill-gaħlliema, u lit-tfal biex jiġu bil-basktijiet tal-iskola sabiex fl-aħħar tal-quddiesa nagħmlu talba tal-barka hekk kif qed tibda sena skolastika ġdida. Mil-lum il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4:30 u mhux fil-5:00. It-Tlieta 03/10: Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ jerġa’ jibda jiltaqa’ kull ġimgħa. Dan il-grupp hu miftuħ għan-nisa ko ...

avvizi parrocca

Avviżi – 24.09.2023

Avviżi - 24.09.2023  -  Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena Il-Jum Dinji ddedikat lill-Immigranti u Refuġjati It-Tnejn 25/09: Il-quddiesa tas-6.30pm se tkun b’radd il-ħajr lil Alla, u b’talb speċjali lill-Qaddej ta’ Alla, Mons. Ġużeppi De Piro. Se jikkonċelebraw flimkien 5 saċerdoti tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, fosthom Dun Ġorġ Scerri, li din is-sena għalqu 55 sena saċerdoti. Il-Ħamis 28/09: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni. Il-Ħadd ...

avvizi parrocca

Avviżi – 17.09.2023

Avviżi - 17.09.2023  -  L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 17/09, il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli: fid-9.00am se tiġi ppreżentata lill-Arċipriet bandiera bl-arma tal-parroċċa biex tittella’ fuq id-Dar Parrokkjali; fid-9.30am fil-knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Lokali u li għaliha mistieden kulħadd; u fis-7.30pm ssir serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali. L-Erbgħa 20/09: Fl-10.00am ser issir ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Anz ...

avvizi parrocca

Avviżi – 10.09.2023

Avviżi - 10.09.2023 -  It-23 Ħadd ta’ matul is-Sena L-Erbgħa 13/09; fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 14/09; wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. Il-Ġimgħa 15/09; fis-7.30pm il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi ikel Malti u logħob ta’ tombla, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Kitba fis-sagristija jew kif spjegat mill-paġna ta’ facebo ...