avvizi parrocca

Avvizi – 14.11.2021

Avviżi - 14.11.2021 - It-33 Ħadd Matul is-Sena 1. Fil-parroċċa tagħna qed nagħtu bidu għall-Ġimgħa Familja bit-tema “Ilkoll Aħwa”. Minn għada t-Tnejn sa nhar il-Ħamis ser isiru laqgħat għall-koppji miżżewġa u għarajjes fis-7.00 p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali. Jekk verament inħobbu l-familja tagħna, irridu ninvestu fiha u dan hu mezz li l-parroċċa qed toffrielkom b’laqgħat b’suġġetti attwali li se jkunu ndirizzati minn kelliema esperti. Waqt il-laqgħat ser ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal fiċ-ċen ...

avvizi parrocca

Avvizi – 31.10.2021

Avviżi - 31.10.2021 It-Tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja 1. Bħal ma qiegħed isir f’ħafna knejjes oħra f’Malta, illum aħna wkoll qegħdin infakkru l-ġrajja tas-26 ta’ Marzu 1939 meta l-Knisja tagħna ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Mikiel Gonzi. 2. Matul il-lejl li għadda ntemm il-ħin tas-Sajf u għalhekk mil-lejla l-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4.30 p.m. 3. Fi tmiem din il-ġimgħa, 32 adoloxxent mill-parroċċa tagħna se jkunu qegħdin jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Nawg ...

avvizi parrocca

Avviżi – 24.10.2021

Avviżi - 24.10.2021 - It-30 Ħadd Matul is-Sena 1. llum il-Knisja qed tiddedika din il-ġurnata għall-ħidmiet tagħha fil-missjoni. Dan il-jum għandu jfakkarna biex ta’ spiss inżommu b’mod speċjali fit-talb tagħna lis-saċerdoti, reliġjużi u lajċi impenjati f’ħidmiet fl-artijiet tal-missjoni. Il-ġbir fil-quddies tal-lum ser ikun ta’ sostenn għal dan il-għan. Fid-djar tagħna rċevejna wkoll envelope għall-ġabra annwali b’risq din il-ħidma mwettqa mill-Knisja. Din is-sena l-envelopes mhumiex se jinġab ...

avvizi parrocca

Avviżi – 17.10.2021

Avviżi - 17.10.2021 - Id-29 Ħadd Matul is-Sena 1. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa l-Arċipriet se jattendi għall-irtir annwali tas-saċerdoti. Min ikollu bżonn xi ħaġa urġenti jkellem lil xi ħadd mis-saċerdoti. 2. Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja ser ikollna tliet tiġijiet f’quddiesa tal-ħin: il-Ġimgħa fis-6.30 p.m.; is-Sibt fl-4.30 p.m.; u l-Ħadd fil-11.00 a.m. 3. Il-ġabra tal-Ħadd li ġej fil-Knisja se tkun għall-ħidmiet tal-Knisja fl-artijiet tal-missjoni. 4. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Ottubru ser issir laqgħa għ ...

avvizi parrocca

Avviżi – 10.10.2021

Avviżi - 10.10.2021 - It-28 Ħadd Matul is-Sena 1. Nirringrazzjakom tal-offerti tagħkom waqt il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda li kienet ta’ €810. 2. Il-Ħadd wara l-quddiesa tad-9.30 u tal-11.00 a.m. membri tal-Kummissjoni Tfal se jkunu qegħdin ibiegħu doughnuts. 3. Inħeġġu lill-familji kollha biex speċjalment f’dan ix-xahar jitolbu r-Rużarju flimkien. Matul Ottubru wkoll, mit-Tnejn sal-Ġimgħa t-talba tar-Rużarju fil-Knisja tingħad darbtejn kuljum: fit-8.00 a.m. u wara l-quddiesa ta’ filgħa ...

avvizi parrocca

Avviżi – 03.10.2021

Avviżi - 03.10.2021 - Is-27 Ħadd Matul is-Sena 1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa. 2. Matul ix-xahar ta’ Ottubru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa r-Rużarju fil-Knisja jingħad darbtejn kuljum: fit-8.00 a.m. u wara l-quddiesa ta’ filgħaxija li jkun quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Inħeġġiġkom ħafna biex nitolbu din it-talba fil-knisja u fil-familji tagħna. 3. Fil-jiem li ġejjin ser isiru laqgħat għall-adoloxxenti li fi tmiem ix-xahar se jirċievu ...

avvizi parrocca

Avviżi – 26.09.2021

Avviżi - 26.09.2021 - Is-26 Ħadd Matul is-Sena 1. Fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena skolastika ġdida, illum qed nistiednu lit-tfal u l-familji tagħhom biex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tad-9.30 a.m. It-tfal huma mistiedna jġibu magħhom il-basktijiet jew il-pockets tal-iskola biex jiġu mberkin. Huma se jingħataw tifkira. 2. Għada t-Tnejn ser issir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof fl-aħħar Ħadd tax-xahar id-dieħel. Il-laqgħa tibda fis-7.15 p.m. u ...

avvizi parrocca

Avvizi – 19.09.2021

Avviżi - 19.09.2021 - Il-25 Ħadd ta’ Matul is-Sena 1. Kif ħabbart f’jum il-festa ta’ Santa Marija, nhar it-Tlieta li ġej, Daniel Abela, żagħżugħ mill-parroċċa tagħna se jibda l-formazzjoni tiegħu fis-Seminarju. Din hi grazzja kbira għall-parroċċa tagħna u aħna lkoll imħeġġin nakkumpanjawh bit-talb tagħna biex Ommna Marija żżommu taħt il-ħarsien tagħha u tiggwidah f’din il-mixja. Il-parroċċa, filwaqt li tirringrazzja lil Daniel għall-ħidma diversa li wettaq fis-snin li għaddew fil-knisja u fil- ...

avvizi parrocca

Avvizi – 12.09.2021

Avviżi - 12.09.2021 - L-24 Ħadd ta’ Matul is-Sena 1. Kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tad-9.30 a.m. tkun organizzata b’mod speċjali għat-tfal tal-parroċċa. Inħeġġuhom jattendu flimkien bħala familja. 2. Ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu tkompli fil-jiem li ġejjin. Ġenituri tat-tfal li se jibdew il-Year 2, jiġifieri dawk li s-sena d-dieħla se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina, għandhom jiġu jirreġistraw lil uliedhom biex mill-aħħar ta’ dan ix-xahar jibdew jattendu għad-duttrina fl ...

avvizi parrocca

Avvizi – 05.09.2021

Avviżi - 05.09.2021 - It-23 Ħadd ta’ Matul is-Sena 1. Il-ġabra tal-lum hi dik speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa. 2. Matul il-ġimgħa li ġejja ser issir ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu. Ġenituri tat-tfal li se jibdew il-Year 2, jiġifieri dawk li s-sena d-dieħla se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina, għandhom jiġu jirreġistraw lil uliedhom biex mill-aħħar ta’ dan ix-xahar jibdew jattendu għad-duttrina fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. Ir-reġistrazzjoni ser is ...