Avviżi - 26.12.2021 - Il-Familja Mqaddsa 1. Dalgħodu nistgħu nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm. Il-Mobile Blood Donation Unit ser ikun ħdejn il-knisja bejn it-8.30am u s-1.00pm. 2. Għall-aħħar jumejn tas-sena, qed nagħmlu stedina lil kulħadd biex insibu ftit ħin għal Ġesu’. Il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Knisja se tkun miftuħa l-ġurnata kollha, mit-8.00 a.m. sal-ħin tal-quddiesa ta’ filgħaxija, b’Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni privata. F’dawn il-jumejn il-kappella tal-A ...
Avviżi – 18-12-21
Avviżi - 19.12.2021 - Ir-4 Ħadd tal-Avvent 1. Bħalissa ninsabu fin-Novena tal-Milied. Inħeġġiġkom issegwu l-programm li qed jitqassam fi djarkom u li miegħu aħna s-saċerdoti qegħdin nibgħatu messaġġ għall-Milied. Dan il-messaġġ jinsab f’kartolina li qegħdin nagħtu b’tifkira lill-familji kollha u li fiha xbieha tal-pittura tal-Adorazzjoni tal-Maġi li għandna fil-kor tal-Knisja u li ġiet restawrata s-sena l-oħra. 2. In-Novena tal-Milied tkompli l-Ħadd fejn fil-quddiesa tad-9.30 a.m. jieħdu se ...
Avvizi – 12.12.2021
Avviżi - 12.12.2021 - It-3 Ħadd tal-Avvent 1. Fiċ-Ċentru Parrokkjali għaddej il-Bazaar tal-Milied li jibqa’ miftuħ sa għada, it-Tnejn filgħaxija. Hemmhekk għandna għażla ta’ rigali u ħelu tradizzjonali tal-Milied, ponsjetti, affarijiet tad-dar u bżonnijiet ta’ kuljum, u rigali reliġjużi. Inħeġġiġkom biex wara l-quddiesa jew f’ħin komdu għalikom tagħtu titwila. Din il-ġimgħa rċevejtu fi djarkom dettalji tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-Bazaar flimkien ma’ biljetti f’lotterija li qed jorganizza l-Kumit ...
Avvizi – 05.12.2021
Avviżi - 05.12.2021 - It-2 Ħadd tal-Avvent 1. Illum qed nagħmlu l-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar. Id-donazzjonijiet tagħkom ser imorru għax-xogħol ta’ tisħiħ li qed isir fis-sistema li tilqa’ għas-sajjetti u protezzjoni minn żidiet għall-għarrieda fil-vultaġġ elettriku fil-knisja, manutenzjoni ta’ rutina fiċ-Ċentru Parrokkjali u l-bdil tas-salib tal-kappella taċ-Ċimiterju li waqa’ bil-maltemp. Is-salib il-ġdid tbierek minn Monsinjur Arċisqof il-Ħadd li għadda. Nirringrazzjawkom tal- ...
Avvizi – 28.11.2021
Avviżi - 28.11.2021 - L-1 Ħadd tal-Avvent 1. Illum qegħdin nagħtu bidu għall-Avvent li nawguraw ikun żmien ta’ tħejjija tajba għall-Milied. Matul l-Avvent, ħdejn il-bibien tal-Knisja ser ikollna kaxxi biex inġibu prodotti tal-ikel biex bihom inkunu nistgħu ngħinu lil familji fil-bżonn. Għandna wkoll inizjattivi oħra għaddejjin, fosthom min jixtieq jgħin lit-tfal f’Dar Fra Diegu jista’ jkellem lil xi membru tal-Kummissjoni Tfal. Inħeġġukom ukoll tippreparaw ruħkom spiritwalment fosthom bis-sagr ...
Avvizi – 20.11.2021
Avviżi - 20.11.2021 - Is-Solennita’ ta’ Kristu Re’ 1. Kif avżajna ġimgħa ilu meta ppreżentejna r-rendikont tal-festa ta’ barra, il-ġbir fil-quddiesa tal-lum imur biex nibdew inwarrbu xi ħaġa għall-ispejjeż tal-festa ta’ Santa Marija. 2. Dawk li ħallew envelope bil-formola mimlija għall-intenzjonijiet tal-quddiesa għas-sena d-dieħla se jkunu qegħdin jirċievu fid-dar tagħhom stess il-lista tal-ġranet u l-ħinijiet tal-quddiesa bl-intenzjoni li talbu li ssir. Il-formoli tal-intenzjonijiet għadhom ...
Avvizi – 14.11.2021
Avviżi - 14.11.2021 - It-33 Ħadd Matul is-Sena 1. Fil-parroċċa tagħna qed nagħtu bidu għall-Ġimgħa Familja bit-tema “Ilkoll Aħwa”. Minn għada t-Tnejn sa nhar il-Ħamis ser isiru laqgħat għall-koppji miżżewġa u għarajjes fis-7.00 p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali. Jekk verament inħobbu l-familja tagħna, irridu ninvestu fiha u dan hu mezz li l-parroċċa qed toffrielkom b’laqgħat b’suġġetti attwali li se jkunu ndirizzati minn kelliema esperti. Waqt il-laqgħat ser ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal fiċ-ċen ...
Avvizi – 31.10.2021
Avviżi - 31.10.2021 It-Tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja 1. Bħal ma qiegħed isir f’ħafna knejjes oħra f’Malta, illum aħna wkoll qegħdin infakkru l-ġrajja tas-26 ta’ Marzu 1939 meta l-Knisja tagħna ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Mikiel Gonzi. 2. Matul il-lejl li għadda ntemm il-ħin tas-Sajf u għalhekk mil-lejla l-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4.30 p.m. 3. Fi tmiem din il-ġimgħa, 32 adoloxxent mill-parroċċa tagħna se jkunu qegħdin jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Nawg ...
Avviżi – 24.10.2021
Avviżi - 24.10.2021 - It-30 Ħadd Matul is-Sena 1. llum il-Knisja qed tiddedika din il-ġurnata għall-ħidmiet tagħha fil-missjoni. Dan il-jum għandu jfakkarna biex ta’ spiss inżommu b’mod speċjali fit-talb tagħna lis-saċerdoti, reliġjużi u lajċi impenjati f’ħidmiet fl-artijiet tal-missjoni. Il-ġbir fil-quddies tal-lum ser ikun ta’ sostenn għal dan il-għan. Fid-djar tagħna rċevejna wkoll envelope għall-ġabra annwali b’risq din il-ħidma mwettqa mill-Knisja. Din is-sena l-envelopes mhumiex se jinġab ...
Avviżi – 17.10.2021
Avviżi - 17.10.2021 - Id-29 Ħadd Matul is-Sena 1. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa l-Arċipriet se jattendi għall-irtir annwali tas-saċerdoti. Min ikollu bżonn xi ħaġa urġenti jkellem lil xi ħadd mis-saċerdoti. 2. Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja ser ikollna tliet tiġijiet f’quddiesa tal-ħin: il-Ġimgħa fis-6.30 p.m.; is-Sibt fl-4.30 p.m.; u l-Ħadd fil-11.00 a.m. 3. Il-ġabra tal-Ħadd li ġej fil-Knisja se tkun għall-ħidmiet tal-Knisja fl-artijiet tal-missjoni. 4. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Ottubru ser issir laqgħa għ ...