avvizi parrocca

Avviżi – 15.06.2025

Avviżi  - 15.06.2025  -  It-Trinità Qaddisa u Jum il-Missier Illum 15/06: Nifirħu u nitolbu għat-tfal li ser jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina: 31 subien u 21 bniet. Fid-8.45am - It-tfal flimkien mal-katekisti jibdew mexjin f’purċissjoni mill-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. lejn il-knisja. Fid-9.30am - tibda l-quddiesa bl-Ewwel Tqarbina. Infakkar li l-quddiesa tal-11.00am tibda fil-11.15am. It-Tnejn 16/06, nibdew ngħixu Ġimgħa Ewkaristika u għalhekk kuljum wara l-quddiesa ta’ ...

avvizi parrocca

Avviżi – 08.06.2025

Avviżi  - 08.06.2025  -  Għid il-Ħamsin – Pentekoste Illum 08/06: Fid-9.30am - Quddiesa bis-sehem tal-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. It-Tnejn 09/06: Fis-5.45pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mat-tfal (subien u bniet) li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina, fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet. It-Tlieta 10/06: Fil-5.00pm - Qrar fil-knisja għat-tfal bniet li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Fis-5.45pm - Laqgħa għas-Subien fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. ...

avvizi parrocca

Avviżi – 01.06.2025

Avviżi  - 01.06.2025  -  Is-7 Ħadd tal-Għid It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum il -Komunikazzjoni Soċjali It-Tnejn 02/06: Fis-7.15pm - Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena. Il-Ħamis 05/06: Fis-7.00pm - Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni. Fis-7.15pm – L-Arċipriet imexxi laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-Ġimgħa 06/06, l-Ewwel ...

avvizi parrocca

Avviżi – 25.05.2025

Avviżi  - 25.05.2025  -  Is-6 Ħadd tal-Għid It-Tlieta 27/05: Il-Grupp tan-Nisa ’Magnificat’ se jorganizza ħarġa soċjali u kulturali ta’ nofs ta’ nhar fil-Crafts Village, f’Ta’ Qali. L-attività hi miftuħa għal kulħadd, b’kull min hu interessat li jattendi għandu jinkiteb sal-lum għand il-membri tal-kumitat tal-grupp. Tluq fid-9.00am minn ħdejn l-għassa. Il-Ġimgħa 30/05: Fis-7.30pm jingħad l-aħħar Rużarju fil-beraħ għax-xahar ta’ Mejju organizzat mill-membri tal-Leġjun ta’ Ma ...

avvizi parrocca

Avviżi – 18.05.2025

Avviżi  - 18.05.2025  -  Il-5 Ħadd tal-Għid - Jum il-Karità Ix-xogħol fil-kor tal-Knisja Arċipretali kompla javvanza.  Għaldaqstant, minn għada t-Tnejn 19/05, il-quddiesa jerġa’ jibda jiġi ċċelebrat fil-Knisja b’mod normali.  Il-ġimgħa d-dieħla jitkompla x-xogħol taż-żebgħa u nkomplu narmaw il-Knisja bil-bankijiet u s-siġġijiet li bħalissa jinsabu stivati.  Dan jirrikjedi wkoll tindif u ħasil li ser ikun qed isir nhar l-Erbgħa u l-Ħamis filgħodu.  Napprezzaw ħafna l-għajnuna ta’ min jista’ ...

avvizi parrocca

Avviżi – 11.05.2025

Avviżi  - 11.05.2025  -  Ir-4 Ħadd tal-Għid - Jum il-Vokazzjonijiet Nirringrazzjaw lil Alla għall-ħatra tal-Papa Ljun XIV bħala l-Kap il-ġdid tal-Knisja Kattolika. Nitolbu ħafna għalih sabiex jaqdi b’ġenerożità u fedeltà l-missjoni fdata lilu. Kif tistgħu tosservaw, ix-xogħol fil-Kor tal-Knisja kompla fil-jiem li għaddew. Matul din il-ġimgħa wkoll, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u għalhekk ...

avvizi parrocca

Avviżi – 04.05.2025

Avviżi - 04.05.2025  -  It-3 Ħadd tal-Għid Mit-Tnejn jibda x-xogħol ta’ tqaxxir taż-żebgħa fil-kor tal-Knisja. Bil-għan li x-xogħol isir b’ritmu tajjeb u jitnaqqas l-inkonvenjent għal kulħadd, il-quddies kollu mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dan l-arranġament se jibda minn għada t-Tnejn 05/05. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u għalhekk qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8:00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Il-quddies ...

avvizi parrocca

Avviżi – 27.04.2025

Avviżi - 27.04.2025  -  It-2 Ħadd tal-Għid - Ħadd il-Ħniena Divina Illum 27/04: Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fl-okkażjoni tal-Ħadd tal-Ħniena Divina; u Fil-5.00pm tibda l-Quddiesa. L-adorazzjoni u l-quddiesa ser ikunu animati mill-Kor Parrokkjali. Il-ħin tal-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija mil-lum jibda jkun fil-5.00pm. It-Tlieta 29/04: Fid-9.30am ikomplu l-laqgħat tal-Grupp “Magnificat” fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 01/05 - Festa ta’ San Ġużepp ...

avvizi parrocca

Avviżi – 20.04.2025

Avviżi - 20.04.2025  -  Ħadd il-Għid il-Kbir Illum 20/04, l-Għid il-Kbir: L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Jirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-organizzazzjoni ta’ dawn il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awgurju lill-familjari u l-qraba kollha. Wara l-qudd ...

avvizi parrocca

Avviżi – 13.04.2025

Avviżi – 13.04.2025  -  Ħadd il-Palm Illum 13/04: Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa.  Fid-9.00am ninġabru quddiem il-M.U.S.E.U.M. tas-Subien biex issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Fid-9.30 tibda quddiesa solenni fil-Knisja li fiha t-tfal jippreżentaw il-karus ta’ imħabba. Inħeġġiġkom issegwu l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa li tqassam fi djarkom u ssegwu l-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’ għad-dettalji kollha dwar il-funzjonijiet, is-servizz tal-qrar u inizjattivi ...