avvizi parrocca

Avviżi – 01.06.2025

Avviżi  - 01.06.2025  -  Is-7 Ħadd tal-Għid It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum il -Komunikazzjoni Soċjali It-Tnejn 02/06: Fis-7.15pm - Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena. Il-Ħamis 05/06: Fis-7.00pm - Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni. Fis-7.15pm – L-Arċipriet imexxi laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-Ġimgħa 06/06, l-Ewwel ...

avvizi parrocca

Avviżi – 25.05.2025

Avviżi  - 25.05.2025  -  Is-6 Ħadd tal-Għid It-Tlieta 27/05: Il-Grupp tan-Nisa ’Magnificat’ se jorganizza ħarġa soċjali u kulturali ta’ nofs ta’ nhar fil-Crafts Village, f’Ta’ Qali. L-attività hi miftuħa għal kulħadd, b’kull min hu interessat li jattendi għandu jinkiteb sal-lum għand il-membri tal-kumitat tal-grupp. Tluq fid-9.00am minn ħdejn l-għassa. Il-Ġimgħa 30/05: Fis-7.30pm jingħad l-aħħar Rużarju fil-beraħ għax-xahar ta’ Mejju organizzat mill-membri tal-Leġjun ta’ Ma ...

avvizi parrocca

Avviżi – 18.05.2025

Avviżi  - 18.05.2025  -  Il-5 Ħadd tal-Għid - Jum il-Karità Ix-xogħol fil-kor tal-Knisja Arċipretali kompla javvanza.  Għaldaqstant, minn għada t-Tnejn 19/05, il-quddiesa jerġa’ jibda jiġi ċċelebrat fil-Knisja b’mod normali.  Il-ġimgħa d-dieħla jitkompla x-xogħol taż-żebgħa u nkomplu narmaw il-Knisja bil-bankijiet u s-siġġijiet li bħalissa jinsabu stivati.  Dan jirrikjedi wkoll tindif u ħasil li ser ikun qed isir nhar l-Erbgħa u l-Ħamis filgħodu.  Napprezzaw ħafna l-għajnuna ta’ min jista’ ...

avvizi parrocca

Avviżi – 11.05.2025

Avviżi  - 11.05.2025  -  Ir-4 Ħadd tal-Għid - Jum il-Vokazzjonijiet Nirringrazzjaw lil Alla għall-ħatra tal-Papa Ljun XIV bħala l-Kap il-ġdid tal-Knisja Kattolika. Nitolbu ħafna għalih sabiex jaqdi b’ġenerożità u fedeltà l-missjoni fdata lilu. Kif tistgħu tosservaw, ix-xogħol fil-Kor tal-Knisja kompla fil-jiem li għaddew. Matul din il-ġimgħa wkoll, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u għalhekk ...

avvizi parrocca

Avviżi – 04.05.2025

Avviżi - 04.05.2025  -  It-3 Ħadd tal-Għid Mit-Tnejn jibda x-xogħol ta’ tqaxxir taż-żebgħa fil-kor tal-Knisja. Bil-għan li x-xogħol isir b’ritmu tajjeb u jitnaqqas l-inkonvenjent għal kulħadd, il-quddies kollu mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dan l-arranġament se jibda minn għada t-Tnejn 05/05. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u għalhekk qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8:00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Il-quddies ...

avvizi parrocca

Avviżi – 27.04.2025

Avviżi - 27.04.2025  -  It-2 Ħadd tal-Għid - Ħadd il-Ħniena Divina Illum 27/04: Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fl-okkażjoni tal-Ħadd tal-Ħniena Divina; u Fil-5.00pm tibda l-Quddiesa. L-adorazzjoni u l-quddiesa ser ikunu animati mill-Kor Parrokkjali. Il-ħin tal-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija mil-lum jibda jkun fil-5.00pm. It-Tlieta 29/04: Fid-9.30am ikomplu l-laqgħat tal-Grupp “Magnificat” fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 01/05 - Festa ta’ San Ġużepp ...

avvizi parrocca

Avviżi – 20.04.2025

Avviżi - 20.04.2025  -  Ħadd il-Għid il-Kbir Illum 20/04, l-Għid il-Kbir: L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Jirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-organizzazzjoni ta’ dawn il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awgurju lill-familjari u l-qraba kollha. Wara l-qudd ...

avvizi parrocca

Avviżi – 13.04.2025

Avviżi – 13.04.2025  -  Ħadd il-Palm Illum 13/04: Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa.  Fid-9.00am ninġabru quddiem il-M.U.S.E.U.M. tas-Subien biex issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Fid-9.30 tibda quddiesa solenni fil-Knisja li fiha t-tfal jippreżentaw il-karus ta’ imħabba. Inħeġġiġkom issegwu l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa li tqassam fi djarkom u ssegwu l-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’ għad-dettalji kollha dwar il-funzjonijiet, is-servizz tal-qrar u inizjattivi ...

avvizi parrocca

Avviżi – 06.04.2025

Avviżi - 06.04.2025  -  Il-5 Ħadd tar-Randan Mit-Tnejn 07/04 sal-Erbgħa 09/04: Filgħodu jsiru l-Eżerċizzi tat-tfal fl-iskola primajra; u Filgħaxija se jiġi organizzat l-aħħar kors ta’ eżerċizzi spiritwali. Dawn ser isiru fil-quddiesa tas-6.30pm u se jitmexxew mill-Arċipriet. Inħeġġu għal attendenza b’widnejn u qalb miftuħa. F’dawn il-ġranet, il-parroċċa se twassal fi djarkom il-programm dettaljat tal-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeġġiġkom issegwuh u tattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet u l- ...

avvizi parrocca

Avviżi – 30.03.2025

Avviżi - 30.03.2025  -  Ir-4 Ħadd tar-Randan Illum 30/03: Mit-8.30am sas-1.00pm - Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Trid tintwera l-Karta tal-Identità. Fid-9.30am - Quddiesa bis-sehem tat-tfal li għamlu l-Ewwel Qrara. Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser issir l-Erbgħa 02/04 minflok it-Tlieta. Il-laqgħa tibda fid-9.30am u se tkun indirizzata minn uffiċjal tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u parti oħra minn Dun Ġorġ Scerri ...