Avviżi - 29.09.2024 - Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena Il-Knisja tiddedika x-xahar ta’ Ottubru lir-Rużarju. Matul dan ix-xahar li ġej, din it-talba tingħad darbtejn kuljum fil-Knisja: Filgħodu wara l-quddiesa tas-7:30 u filgħaxija fis-6.00 quddiem Ġesu’ Sagramentat. Ir-Rużarju se tingħad ukoll f’żoni differenti b’inizjattiva tal-Leġjun ta’ Marija, l-ewwel darba nhar il-Ġimgħa 4/10 fil-5.00pm ħdejn iċ-ċimiterju. Mistiedna r-residenti li joqogħdu f’dik l-akkwata. Fuq kollox inħeġġu l ...
Avviżi – 22.09.2024
Avviżi - 22.09.2024 - Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 22/09: Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa li għaliha qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal u l-adolexxenti, lill-għalliema u lill-ħaddiema fl-iskejjel. It-tfal huma mħeġġa jġibu magħhom il-pockets jew il-basktijiet tal-iskola biex fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena skolastika ngħidu talba għall-barka tagħhom. Il-Ħamis 26/09: Fis-7.00pm, kif tintemm il-quddiesa ta’ filgħaxija, jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu ...
Avviżi – 15.09.2024
Avviżi - 15.09.2024 - L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 15/09, jitfakkar Jum Ħad-Dingli. Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Lokali li għaliha mistieden kulħadd. Fil-binja tal-Girl Guides fi Triq il-Kbira tistgħu żżuru wirja ta’ għodda antika. Filgħaxija, fis-6.00 jsir marċ mill-banda ta’ Ħad-Dingli u fis-7.30 tibda serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali. Il-Ħamis 19/09 jiġi organizzat il-JESUS FEST: Fis-6.30pm - Quddiesa ta’ għeluq ...
Avviżi – 08.09.2024
Avviżi - 08.09.2024 - Is-Solennità tat-Twelid tal-Madonna Illum 08/09: Fis-6.00pm minn ħdejn l-għassa jitlaq it-trasport għal dawk li nkitbu għall-ħarġa għall-festa ta’ Maria Bambina fil-Mellieħa. It-Tnejn 09/09: Fl-10.00am - Radju Marija se jorganizza quddiesa fil-Knisja tagħna, u wara Pellegrinaġġ għaċ-Ċimiterju fejn jinsabu mistrieħa l-fdalijiet taż-żagħżugħ Rabti, Gilbert Simiana. Imexxi Fr Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija. Kulħadd mistieden. It-Tlieta 1 ...
Avviżi – 01.09.2024
Avviżi - 01.09.2024 - It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena Ix-xahar ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru, meta tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Franġisk, hu ddedikat lil aktar għarfien u għall-ħarsien tal-ħolqien. Għalhekk tajjeb li nieħdu sehem f’diversi inizzjativi - fuq livell personali u fuq dak soċjali - li jqajmu aktar kuxjenza dwar dan. Il-Bank tad-Demm qed jappella għall-għotjiet tad-demm. Illum (01/09) mit-8.30am sas-1.00pm nistgħu nkunu ta’ għajnuna billi nagħtu d-demm fil-Mobile Blood Don ...
Avviżi – 25.08.2024
Avviżi - 25.08.2024 - Il-21 Ħadd ta’ matul is-Sena L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, flimkien mal-Kleru, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa sabiħa u dinjituża li ċċelebrajna f’ġieħ Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll b’donazzjonijiet fil-ġbir. Nibqgħu ngħożżu l-fatt li konna flimkien, familja waħda li qed tiċċelebra u li kienet v ...
Avviżi – 18.08.2024
Avviżi - 18.08.2024 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA. Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum f’dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u fl-isptarijiet, u fl-emigranti. Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom. Il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa tibda fid-9.15 am u se titmexxa mill-eks ...
Avviżi – 11.08.2024
Avviżi - 11.08.2024 - Id-19-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 11/08: Aħna mistiedna nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm bejn it-8.30am u s-1.00pm. L-għoti tad-demm ser isir fid-Day Centre tal-Anzjani. Meħtieġa l-karta tal-identità. Għall-quddiesa tad-9.30am mistiedna speċjali l-persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li jgħixu Ħad-Dingli u l-emigranti Dinglin li jinsabu fostna. It-Tnejn, 12/08: Fil-quddiesa tas-6.30pm jiġu ppreżentati lil Santa Marija t-tra ...
Avviżi – 04.08.2024
Avviżi - 04.08.2024 - It-18-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 04/08: Il-quddiesa tad-9.30am se tlaqqa’ flimkien lil dawk li jipprattikaw xi sport u dawk li jsegwu l-isport. It-Tnejn 05/08: Il-quddiesa tas-6.30 p.m. ser issir f’Misraħ Frenċ Abela minflok fil-knisja u se tkun b’tifkira mit-twaqqif tal-banda Santa Marija. It-Tlieta 06/08: Fil-quddiesa ta’ filgħaxija se nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari mħeġġ ...
Avviżi – 28.07.2024
Avviżi - 28.07.2024 - Is-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena L-Erbgħa 31/07: Fis-7.00 p.m. nagħtu bidu għall-Mixja tal-Festa. Nitilqu minn ħdejn il-Knisja Arċipretali u se nimxu qalb il-kampanja sal-kappella tal-Vitorja, fl-Imtaħleb. Wara jkollna trasport lura lejn Ħad-Dingli. Inħeġġukom tattendu, b’dawk li ġejjin għandhom jinkitbu fis-sagristija. Il-Ġimgħa 02/08 - Nagħtu bidu għall-Kwindiċina tal-festa. Filgħodu - Isir it-tqarbin tal-morda fi djarhom; Mit-8.00am sa 12.00pm i ...