Dak li joħroġ minn ġewwa hu li jtabba’ lill-bniedem

Dak li joħroġ minn ġewwa hu li jtabba’ lill-bniedem

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Ħarsu l-liġijiet tal-Mulej Alla tagħkom. Dewt 4:1-2,6-8 Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju Mosè kellem lill-poplu u qal: “U issa, Iżrael, agħti widen għal-liġijiet u l-ordnijiet li qiegħed ngħallimkom tagħmlu, ħalli tgħixu, u tidħlu tieħdu l-art li se jagħtikom il-Mulej, Alla ta’ missirijietkom. La żżidu xejn ma’ dak li qiegħed nordnalkom u lanqas tnaqqsu mi ...

Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem

Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Aħna rridu naqdu ’l-Mulej, għax hu Alla tagħna. Ġoż 24:1-2a,15-17,18b Qari mill-Ktieb ta’ Ġożwè F’dak iż-żmien, Ġożwè ġema’ t-tribujiet kollha ta’ Iżrael f’Sikem u sejjaħ lix-xjuħ, lill-kapijiet, lill-imħallfin, lill-uffiċjali u resqu quddiem Alla. U Ġożwè qal lill-poplu kollu: “Jekk ma jogħġobkomx taqdu l-Mulej, għażlu llum lil min tridu taqdu; jekk hux l-allat ...

Hienja dik li emmnet

Hienja dik li emmnet

L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema Solennità Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Apok 11: 19a, 12: 1-6a. 10ab Qari mill-Ktieb tal-Apokalissi Infetaħ it-Tempju ta’ Alla, li hemm fis-sema, u dehret l-arka tal-patt tiegħu fit-Tempju tiegħu. U deher sinjal kbir fis-sema: mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha. Hija kienet fit-tqala, u bdiet tgħajjat bl-uġigħ tal-ħlas u tbati biex teħles. Imbagħad fis-se ...

Jiena hu l-ħobż tal-ħajja, li niżel mis-sema

Jiena hu l-ħobż tal-ħajja, li niżel mis-sema

Id-Dsatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Bis-saħħa ta’ dak l-ikel baqa’ miexi sa ma wasal fil-muntanja tal-Mulej.1 Slat 19:4-8 Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten F’dak iż-żmien, il-profeta Elija rħielha lejn id-deżert. Wara jum mixi waqaf, inxteħet taħt siġra tal-ġummar, talab li jmut, u qal: “Issa biżżejjed, Mulej; ħudli ’l ħajti, għax m’iniex aħjar minn missirijieti!”. U mtedd għad-dell tal-ġummara, u raqad. Kif ...

Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ

Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ

It-Tmintax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena B L–EWWEL QARI Nibgħatilkom xita ta’ ħobż mis-sema.Eż 16:2-4,12-15 Qari mill-Ktieb tal-Eżodu F’dak iż-żmien, fid-deżert, il-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael bdew igergru kontra Mosè u Aron. Ulied Iżrael qalulhom: “Mhux li mitna b’id il-Mulej fl-art tal-Eġittu, meta konna ħdejn il-borom tal-laħam u konna nieklu ħobż bix-xaba’! Ħriġtuna f’dan id-deżert biex toqtlu bil-ġuħ din il-ġemgħa kollha!”. Il-Mulej imbagħad qal lil Mosè: “Ara, se nibagħtilk ...

Ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar

Ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar

Is-Sbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena B Ġwanni 6, 1-15 F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud. Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?”. Dan qalhulu biex jippruvah, għ ...

U beda jgħallimhom ħafna ħwejjeġ

U beda jgħallimhom ħafna ħwejjeġ

Is-Sittax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena B Mark 6, 30-34 F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom. Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollh ...