Kull min iħobb il-verità jisma’ leħni

Kull min iħobb il-verità jisma’ leħni

Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu (Sena B) Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Il-ħakma tiegħu ħakma għal dejjem.Dan 7:13-14 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Danjel Billejl deherli qiegħed narabħal iben ta’ bniedem,ġej mis-sħab tas-sema,li baqa’ sejjer sax-Xiħ fl-għomoru ressquh quddiemu.U tawh ħakma, ġieħ, u saltna,biex lilu jaqdi kull ġens, u poplu, u lsien.Ħakmietu ħakma għal dejjem li ma tgħaddix,u saltnatu li ma tinqeridx. Il-Kelma ta ...

Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix

Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix

It-Tlieta u Tletin Ħadd Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari F’dak iż-żmien il-poplu tiegħek jinħeles.Dan 12:1-3 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Danjel F’dak iż-żmien iqum Mikiel, il-prinċep il-kbir, dak li qiegħed fuq ulied il-poplu tiegħek. Imbagħad jiġi żmien ta’ għawġ, li qatt ma jkun deher ieħor bħalu minn mindu ġens kien ġens sa dak iż-żmien. Imma jkun żmien li fih il-poplu tiegħek jinħeles, dawk kollha li jkunu nstabu miktuba fil ...

L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd

L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd

It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari L-armla għamlet ftira żgħira u ġibitha lil Elija.1 Slat 17:10-1 Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten F’dak iż-żmien, il-profeta Elija qam u rħielha lejn Sarefta. Kif wasal ħdejn bieb il-belt, kien hemm waħda armla tiġbor il-ħatab. Elija sejħilha u qalilha: “Jekk jogħġbok, ġibli f’bieqja belgħa ilma x’nixrob”. Hi u sejra, Elija raġa’ sejħilha u qalilha: “Ġibli wkoll, jekk ...

Għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha

Għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha

Il-Wieħed u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Isma’, o Iżrael: Ħobb lill-Mulej b’qalbek kollha.Dewt 6:2-6 Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju Mosè kellem lill-poplu u qal: “Ibża’ mill-Mulej, Alla tiegħek, billi int, ibnek u bin ibnek, tħarsu dejjem il-liġijiet u l-kmandamenti kollha tiegħu, li jien qiegħed nagħtik, biex ikollok għomor twil. Isma’, o Iżrael, u ħu ħsieb agħmilhom, biex ikollok il-ġid u toktor ħafna, ...

Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!

Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!

It-Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Il-Mulej salva l-poplu tiegħu.Ġer 31:7-9 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija Dan jgħid il-Mulej:“Għannu bil-ferħ għal Ġakobb,sellmu lill-ewlieni fost il-ġnus.Xandru, faħħru u niedu:‘Il-Mulej salva l-poplu tiegħu,il-fdal ta’ Iżrael’. Arani, se nġibhom minn art it-tramuntana,niġborhom minn truf l-art,ilkoll kemm huma,l-għomja u z-zopop,in-nisa bit-tfal u n-nisa fil-ħlas:kotra ...

Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi

Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Is-sagrifiċċju ta’ Kristu.Is 53, 10-11 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Il-Mulej għoġbu jgħakksu bil-mard.Talli joffri ruħu b’sagrifiċċju ta’ riparazzjoni,huwa għad jara nisel u jtawwal jiemu;u r-rieda tal-Mulej isseħħ bih.Wara t-tbatija tiegħu għad jara d-dawl,jixba’ bit-tagħrif tiegħu.Il-ġust jiġġustifika lill-qaddej tiegħu quddiem il-kotra,u l-ħażen tagħhom jitgħ ...

Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba

Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Intbaħt li l-għana mhu xejn ħdejn il-għerf. Għerf 7:7-11 Qari mill-Ktieb tal-Għerf Jien tlabt u qlajt l-għaqal; sejjaħt, u ġie fuqi l-ispirtu tal-għerf. Dan l-għerf qistu aqwa minn kull xettru u tron, u ntbaħt li l-għana mhu xejn ħdejh. Ma xebbahtx miegħu l-ħaġra l-aktar prezzjuża, għax id-deheb kollu ħdejh mhuwiex ħlief ftit ramel, u l-fidda quddiemu qisha ftit tajn. ...

Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu

Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Isiru ġisem wieħed.Ġen 2:18-24 Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi Il-Mulej Alla qal: “Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu. Ħa nagħmillu għajnuna tgħodd għalih”. U l-Mulej Alla sawwar mill-art annimali selvaġġi u t-tajr kollu tal-ajru, u ġiebhom quddiem il-bniedem biex jara xi jsemmihom; u skont ma jkun il-bniedem semma lil kull ħliqa ħajja, dak ikun isimha. U l-bni ...

L-Iskandlu u l-Ġebla tat-Tħin

L-Iskandlu u l-Ġebla tat-Tħin

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Kulħadd profeta fil-poplu tal-Mulej.Num 11:25-29 Qari mill-Ktieb tan-Numri F’dak iż-żmien, il-Mulej niżel fi sħaba jkellem lil Mosè, u ħa mill-ispirtu li kellu fih, u tah lis-sebgħin xiħ; u ġara li, hekk kif l-ispirtu qagħad fuqhom, bdew jipprofetizzaw, imma ma ssuktawx. Issa fil-kamp kien baqa’ żewġt irġiel, wieħed jismu Eldad u l-ieħor Medad, u fuqhom uk ...

Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed

Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed

L-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena B Tista’ ssegwi l-qari kollu bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L–Ewwel Qari Nikkundannawh għal mewt l-aktar kiefra.Għerf 2:12,17-20 Qari mill-Ktieb tal-Għerf In-nies il-ħżiena qalu:“Nonsbulu lill-ġustgħaliex hu ta’ xkiel għalina fi triqitna,hu kontra l-għemejjel tagħna,iċanfarna għax niksru l-Liġi,jixlina għax immorru kontra t-tagħlim li ħadna.Ħa naraw hux veru kliemu,naraw fl-aħħar x’se jsir minnu.Jekk il-ġust hu iben Alla,jaqbeż għa ...