Solennità ta’ Għid il-Ħamsin Kolletta L–Ewwel Qari Imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu.Atti 2:1-11 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli Meta wasal jum Għid il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f’post wieħed. F’daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi, u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin. U dehrulhom ilsna qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom. Imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, skont ma l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkel ...
Is-Seba’ Ħadd ta’ L-Għid Tlugħ tal-Mulej fis-Sema
L–Ewwel Qari Kien meħud ’il fuq waqt li huma kienu jħarsu lejh.Atti 1:1-11 Bidu tal-Ktieb tal-Atti tal-Appostli Fl-ewwel rakkont tiegħi, Teofilu, tkellimt fuq dak kollu li Ġesù kien għamel u għallem minn mindu beda sal-jum li fih kien meħud fis-sema, wara li, permezz tal-Ispirtu s-Santu, ta l-ordnijiet tiegħu lill-appostli li hu kien għażel. Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj; f’erbgħin jum rawh kemm-il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ tas-Saltna ta’ Alla. ...
Alla hu mħabba
Is-Sitt Ħadd tal-Għid Kolletta O Alla li tista’ kollox, agħmel li niċċelebraw b’ħerqa kbira dawn il-ġranet ta’ ferħ li fihom qegħdin nagħtu ġieħ lill-Mulej li qam mill-imwiet, u agħtina li l-istess għemil tagħna jkun xhieda tal-ġrajja li qegħdin infakkru. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Id-don tal-Ispirtu s-Santu ssawwab fuq il-pagani wkoll.Atti 10:25-26,34-35,44-48 Qari m ...
Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott
Il-Ħames Ħadd tal-Għid L–Ewwel Qari Qalilhom kif Sawl ra lill-Mulej fit-triq.Atti 9, 26-31 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien, meta Sawl wasal Ġerusalemm beda jfittex li jissieħeb mad-dixxipli. Imma lkoll kienu jib!għu minnu, għax ma kinux emmnu li tassew ikkonverta. Imbagħad Barnaba qabdu u ħadu miegħu għand l-appostli. Hu qalilhom kif Sawl kien ra lill-Mulej fit-triq u semgħu jkellmu, u kif f’Damasku kien tkellem b’wiċċu minn quddiem fl-isem ta’ Ġesù. Għalhekk S ...
Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu
Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid L–Ewwel Qari M’hemmx salvazzjoni ħlief biss fl-Isem ta’ Ġesù.Atti 4, 8-12 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien, Pietru, mimli bl-Ispirtu s-Santu, wieġeb: “Kapijiet tal-poplu u xjuħ, intom illum qegħdin tistħarrġuna fuq il-ġid li għamilna lil wieħed marid, u biex dan fieq. Mela kunu afu intom ilkoll, u l-poplu kollu ta’ Iżrael: jekk dan ir-raġel hu hawn quddiemkom qawwi u sħiħ, dan ġara bis-saħħa tal-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret, li intom sall ...
Kif hemm miktub fl-Iskrittura
It-Tielet Ħadd tal-Għid L–Ewwel Qari Intom qtiltu lil Sid il-ħajja, imma Alla qajmu mill-imwiet.Atti 3:13-15,17-19 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien, Pietru qal lill-poplu: “Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb, Alla ta’ missirijietna gglorifika lill-qaddej tiegħu, Ġesù, li intom ittradejtuh u ċħadtuh quddiem Pilatu, għalkemm dan kien qatagħha li jitilqu. Intom ċħadtu l-Qaddis u l-Ġust, tlabtu l-ħelsien ta’ wieħed qattiel u qtiltu lill-awtur tal-ħajja ...
Tmint ijiem wara ġie Ġesù
Tieni Ħadd tal-Għid jew il-Ħadd tal-Ħniena Divina Kolletta L–Ewwel Qari Qalb waħda u ruħ waħda.Atti 4:32-35 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli Il-kotra kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Ħadd minnhom ma kien jgħid li l-ġid li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien. B’qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna. Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn; għax kull min kellu oqsma jew djar kien ibigħhom, u ...
Qam tassew!
L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet Kolletta L–Ewwel Qari Aħna kilna u xrobna miegħu wara li qam mill-imwiet.Atti 10:34a,37-43 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien, Pietru qabad jitkellem u qal: “Intom tafu b’dak li ġara mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija, wara li Ġwanni kien xandar il-magħmudija; tafu kif Alla kkonsagra lil Ġesù ta’ Nazaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa, u kif dan Ġesù għadda jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħku ...
Tassew Bin Alla!
Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej KollettaO Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int lilna l-bnedmin tajtna eżempju ta’ umiltà meta ridt li s-Salvatur tagħna jsir bniedem bħalna u jieħu l-mewt tas-salib; fil-ħniena tiegħek, agħtina li s-sabar tiegħu jkun ta’ tagħlima għalina u li jistħoqqilna nissieħbu miegħu fil-qawmien għall-ħajja. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Ma ħbejtx wiċċi ...
Jekk il-ħabba tal-qamħ, li taqa’ fl-art, tmut hi tagħmel ħafna frott
Il-Ħames Ħadd tar-Randan Sena B Kolletta Kolletta L–Ewwel Qari Nagħmel patt ġdid, u l-ħtijiet ma niftakarhomx iżjed.Ġer 31:31-34 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija Araw, għad jiġi żmien,oraklu tal-Mulej,meta jien nagħmel patt ġdid ma’ dar Iżrael u dar Ġuda;mhux bħall-patt li għamilt ma’ missirijiethomfiż-żmien meta qbadthom minn idejhombiex ħriġthom mill-art tal-Eġittu, il-patt tiegħi ...