Il-Ħames Ħadd tal-Għid L–Ewwel Qari Qalilhom kif Sawl ra lill-Mulej fit-triq.Atti 9, 26-31 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien, meta Sawl wasal Ġerusalemm beda jfittex li jissieħeb mad-dixxipli. Imma lkoll kienu jib!għu minnu, għax ma kinux emmnu li tassew ikkonverta. Imbagħad Barnaba qabdu u ħadu miegħu għand l-appostli. Hu qalilhom kif Sawl kien ra lill-Mulej fit-triq u semgħu jkellmu, u kif f’Damasku kien tkellem b’wiċċu minn quddiem fl-isem ta’ Ġesù. Għalhekk S ...
Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu
Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid L–Ewwel Qari M’hemmx salvazzjoni ħlief biss fl-Isem ta’ Ġesù.Atti 4, 8-12 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien, Pietru, mimli bl-Ispirtu s-Santu, wieġeb: “Kapijiet tal-poplu u xjuħ, intom illum qegħdin tistħarrġuna fuq il-ġid li għamilna lil wieħed marid, u biex dan fieq. Mela kunu afu intom ilkoll, u l-poplu kollu ta’ Iżrael: jekk dan ir-raġel hu hawn quddiemkom qawwi u sħiħ, dan ġara bis-saħħa tal-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret, li intom sall ...
Kif hemm miktub fl-Iskrittura
It-Tielet Ħadd tal-Għid L–Ewwel Qari Intom qtiltu lil Sid il-ħajja, imma Alla qajmu mill-imwiet.Atti 3:13-15,17-19 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien, Pietru qal lill-poplu: “Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb, Alla ta’ missirijietna gglorifika lill-qaddej tiegħu, Ġesù, li intom ittradejtuh u ċħadtuh quddiem Pilatu, għalkemm dan kien qatagħha li jitilqu. Intom ċħadtu l-Qaddis u l-Ġust, tlabtu l-ħelsien ta’ wieħed qattiel u qtiltu lill-awtur tal-ħajja ...
Tmint ijiem wara ġie Ġesù
Tieni Ħadd tal-Għid jew il-Ħadd tal-Ħniena Divina Kolletta L–Ewwel Qari Qalb waħda u ruħ waħda.Atti 4:32-35 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli Il-kotra kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Ħadd minnhom ma kien jgħid li l-ġid li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien. B’qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna. Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn; għax kull min kellu oqsma jew djar kien ibigħhom, u ...
Qam tassew!
L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet Kolletta L–Ewwel Qari Aħna kilna u xrobna miegħu wara li qam mill-imwiet.Atti 10:34a,37-43 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien, Pietru qabad jitkellem u qal: “Intom tafu b’dak li ġara mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija, wara li Ġwanni kien xandar il-magħmudija; tafu kif Alla kkonsagra lil Ġesù ta’ Nazaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa, u kif dan Ġesù għadda jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħku ...
Tassew Bin Alla!
Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej KollettaO Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int lilna l-bnedmin tajtna eżempju ta’ umiltà meta ridt li s-Salvatur tagħna jsir bniedem bħalna u jieħu l-mewt tas-salib; fil-ħniena tiegħek, agħtina li s-sabar tiegħu jkun ta’ tagħlima għalina u li jistħoqqilna nissieħbu miegħu fil-qawmien għall-ħajja. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Ma ħbejtx wiċċi ...
Jekk il-ħabba tal-qamħ, li taqa’ fl-art, tmut hi tagħmel ħafna frott
Il-Ħames Ħadd tar-Randan Sena B Kolletta Kolletta L–Ewwel Qari Nagħmel patt ġdid, u l-ħtijiet ma niftakarhomx iżjed.Ġer 31:31-34 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija Araw, għad jiġi żmien,oraklu tal-Mulej,meta jien nagħmel patt ġdid ma’ dar Iżrael u dar Ġuda;mhux bħall-patt li għamilt ma’ missirijiethomfiż-żmien meta qbadthom minn idejhombiex ħriġthom mill-art tal-Eġittu, il-patt tiegħi ...
Bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B Kolletta KollettaO Alla, int b’mod tal-għaġeb terġa’ tħabbeb miegħek lill-bniedem permezz tal-Verb tiegħek: agħmel li l-poplu nisrani jitħejja b’qima kbira u fidi mħeġġa biex jiċċelebra l-festa solenni tal-Għid. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Il-jasar u ...
fi tlitt ijiem jien nerġa’ntellgħu
It-Tielet Ħadd tar-Randan Sena B Kolletta L–Ewwel Qari Il-Liġi ngħatat permezz ta’ Mosè.Eż 20:1-17 Qari mill-Ktieb tal-Eżodu F’dak iż-żmien, Alla tkellem u qal dan kollu lill-poplu: “Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar. Ma jkollokx allat oħra għajri. La tagħmilx għalik suriet minquxa u ebda xbieha ta’ ebda ħaġa li hemm fl-għoli tas-sema, jew ...
Dan hu Ibni l-għażiż
It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B Kolletta O Alla, li ridtna nisimgħu lil Ibnek l-għażiż, itmagħna bl-ikel tal-kelma tiegħek, u agħmel li nsaffu l-għajnejn ta’ ruħna ħalli nithennew bid-dehra tal-glorja tiegħek. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Is-sagrifiċċju ta’ missierna Abraham.Ġen 22: ...