Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk

Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk

It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Kolletta Ammen. L–Ewwel Qari Eliżew mar wara Elija.1 Slat 19, 16b. 19-21 Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Elija: “Lil Eliżew bin Safat, ta’ Abel-mehola, idilku profeta flokok”. Elija telaq minn hemm u sab lil Eliżew bin Safat, waqt li kien qiegħed jaħrat bi tnax-il żewġ gniedes quddiemu; u hu kien qiegħed imexxi t-tnax-il wieħed. Resaq lejh Elija, u xeħet fuqu l-mantell tiegħu. Dan ħalla l-gniedes u ...

Kulħadd kiel u xaba’

Kulħadd kiel u xaba’

Il-Ġisem u d-Demm ta’ ĠesùIt-Tieni Ħadd fuq Għid il-Ħamsin Kolletta O Alla, int f’dan is-sagrament tal-għaġeb ħallejtilna t-tifkira tal-Passjoni tiegħek; agħtina, nitolbuk, li nqimu l-misteru tal-Ġisem u d-Demm tiegħek hekk li nħossu fina bla heda dak li rebbħitilna l-fidwa tiegħek, Int li int Alla, u tgħix u ssaltan ma’ Alla l-Missier flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Ħareġ bil-ħobż u l-inbid.Ġen 14:18-20 Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi F’dak ...

Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi

Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi

Il-Ħadd tat-Trinità Qaddisa – Solennità Kolletta O Alla Missier, inti bgħatt fid-dinja l-Kelma tal-Verità u l-Ispirtu tal-Qdusija, u wrejtna l-misteru tiegħek tal-għaġeb; agħtina li nistqarru l-fidi vera billi nemmnu fit-Trinità Qaddisa, u naduraw Alla wieħed fis-setgħa u l-kobor tiegħu. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Il-Għerf kien jeżisti sa minn qabel ma nbdiet l-art.Prov 8 ...

L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom kollox

L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom kollox

Għid il-Ħamsin – Solennità Kolletta O Alla, bil-misteru tal-festa tal-lum inti tqaddes il-Knisja kollha tiegħek, f’kull ġens u poplu: sawwab id-doni tal-Ispirtu s-Santu fuq id-dinja kollha, minn tarf għall-ieħor, u agħmel li issa wkoll iseħħ, fil-qalb ta’ kull min jemmen, dak kollu li seħħ bil-grazzja tiegħek sa mill-bidu tax-xandir tal-Bxara t-tajba. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwe ...

Huwa u jberikhom, kien meħud fis-sema

Huwa u jberikhom, kien meħud fis-sema

Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Sena Ċ Kolletta O Alla li tista’ kollox, agħmel li b’ferħ qaddis irroddulek ħajr, għax Kristu Ibnek, bit-tlugħ tiegħu fis-sema, imexxina bla heda ’​l quddiem fit-triq tagħna lejk, u jimliena bit-tama li aħna, il-ġisem tiegħu, għad naslu wkoll għal dik il-glorja li fiha daħal hu, ir-Ras tagħna, Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.Amen L–Ewwel Qari Kien meħud ’il fuq waqt ...

Aħna niġu u ngħammru għandu

Aħna niġu u ngħammru għandu

Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena Ċ Kolletta O Alla li tista’ kollox, agħmel li niċċelebraw b’ħerqa kbira dawn il-ġranet ta’ ferħ li fihom qegħdin nagħtu ġieħ lill-Mulej li qam mill-imwiet, u agħtina li l-istess għemil tagħna jkun xhieda tal-ġrajja li qegħdin infakkru. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Amen L–Ewwel Qari Lill-Ispirtu s-Santu u lilna dehrilna li aħna ma għandna ngħabbukom b’ebda piż ieħor ...

Bħalma ħabbejtkom jien

Bħalma ħabbejtkom jien

Il-Ħames Ħadd tal-Għid Kolletta O Alla, int tajtna l-fidwa u għamiltna wlied adottivi tiegħek; ħares bit-tjieba lejn l-ulied għeżież tiegħek, biex dawk kollha li jemmnu fi Kristu jkunu ħielsa tassew u jiksbu l-wirt ta’ dejjem. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Għarrfu lill-Knisja b’dak kollu li Alla għamel magħhom.Atti 14:21b-27 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien ...

Nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem

Nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid Kolletta O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, mexxina lejn ix-xirka tal-henjin fis-sema, biex aħna, il-merħla ċkejkna tiegħek, naslu fejn daħal qabilna r-Ragħaj qawwi tagħna, Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Amen. L–Ewwel Qari Aħna se nduru fuq il-pagani.Atti 13:14,43-52 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien, Pawlu u Barnaba minn Perge baqgħu sejrin sa ma wa ...

“Tħobbni?”

“Tħobbni?”

It-Tielet Ħadd tal-Għid Kolletta O Alla, jifraħ dejjem il-poplu tiegħek biż-żgħożija mġedda ta’ ruħu, biex, kif int sebbaħtna u ferraħtna mill-ġdid bil-grazzja ta’ l-adozzjoni, hekk ukoll, b’qalbna qawwija fit-tama, nistennew il-jum tal-qawmien mill-imwiet. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Ta’ dan kollu hawn xhieda aħna u l-Ispirtu s-Santu.Atti 5:27b-32,40b-41 Qari mill-Ktieb tal-A ...

“Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”

“Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”

It-Tieni Ħadd tal-Għid Jew il-Ħadd tal-Ħniena Divina Kolletta O Alla ta’ ħniena bla tarf, matul dawn il-festi tal-Għid inti tħeġġeġ il-fidi tal-poplu qaddis tiegħek; qawwih ukoll fil-grazzja li tajtu, biex, kulħadd jifhem bid-dehen kollu b’liema ħasil tnaddaf, b’liema spirtu tnissel mill-ġdid, u b’liema demm infeda. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari L-għadd ta’ dawk li kienu jemmnu fil-Mu ...