avvizi parrocca

Avviżi – 02.06.2024

Avviżi  - 02.06.2024  -  Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù - Corpus Christi Illum 02/06: Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat. Fil-5.00pm - Quddiesa solenni mmexxija mis-Salesjan, Dun Sandro Camilleri, u animata mill-Kor Regina Coeli. Wara, purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, l-abbatini, il-fratelli, u l-Għaqda Mużikali Santa Ma ...

avvizi parrocca

Avviżi -26.05.2024

Avviżi  - 26.05.2024  -  It-Trinità Mqaddsa – Jum l-Ewwel Tqarbina Illum 26/05: Nifirħu u nitolbu għas-27 tifel u 19-il tifla li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Fid-8.45am - It-tfal flimkien mal-katekisti jibdew mexjin f’purċissjoni mill-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. lejn il-knisja. Fid-9.30am - Tibda l-Quddiesa bl-Ewwel Tqarbina. Infakkar li l-quddiesa tal-11.00am tibda fil-11.15am. It-Tnejn 27/05, nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika u għalhekk kuljum: Filgħodu - mis-6.30 ...

avvizi parrocca

Avviżi – 19.05.2024

Avviżi  - 19.05.2024  -  Għid il-Ħamsin – Pentekoste Illum 19/05: Fid-9.30am - Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. It-Tnejn 20/05: Fis-5.45 pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mat-tfal (subien u bniet) li l-Ħadd li ġej ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa ssir fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien. Din il-ġimgħa dawn it-tfal se jkollhom diversi attivitajiet bi tħejjija għall-Ħadd li ġej. Inħeġġu lilhom u l-ġenitrui jsegwu l-programm li ngħatalhom ...

avvizi parrocca

Avviżi – 12.05.2024

Avviżi  - 12.05.2024  -  Is-7 Ħadd tal-Għid It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum il-Komunikazzjoni Soċjali Il-Ħadd 12/05: F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja, għandna l-Bazaar ta’ Jum l-Omm b’riżq il-parroċċa fejn ser ikollna għall-bejgħ oġġetti ta’ kuljum u għad-dar, pjanti u ħelu fost oħrajn. Il-Bazaar jintemm illejla. Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.  Fil-quddiesa tad-9.30am, li tkun bis-sehem tat-tfal, se niftakru b’mod speċjal ...

avvizi parrocca

Avviżi – 05.05.2024

Avviżi  - 05.05.2024  -  Is-6 Ħadd tal-Għid It-Tlieta 07/05: Fid-9.30 am - Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru. Fil-5.00 pm - Rużarju fil-beraħ mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn iċ-Ċimiterju. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża. L-Erbgħa 08/05, Festa tal-Madonna ta’ Pompej: Fil-11.30 am nitolbu r-Rużarju u tingħad is-Supplika lill-Madonna u f’12.00pm tiġi ċċelebrata quddiesa fil-Knisja. Il-Ħamis ...

avvizi parrocca

Avviżi – 28.04.2024

Avviżi  - 28.04.2024  -  Il-5 Ħadd tal-Għid It-Tlieta 30/04: Fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru b’taħdita informattiva dwar suġġett attwali: “l-iscams fuq l-internet.” L-Erbgħa 01/05 - Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Mejju hu xahar li l-Knisja tiddedika lil Ommna Marija u aħna mħeġġin nitolbu b’aktar impenn it-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna. Fil-ġranet fost il-ġimgħa, ir-Rużarju fil-Knisja jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.30am u fis ...

avvizi parrocca

Avviżi – 21.04.2024

Avviżi  - 21.04.2024  -  Ir-4 Ħadd tal-Għid - Jum il-Vokazzjonijiet It-Tlieta, 23/04: Fid-9.30am - Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru b’taħdita informattiva minn Dr Carmen Portelli. Il-Ħamis 25/04: Fis-7:15pm - Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Is-Sibt 27/04: Fis-6.30pm – Il-Quddiesa tkun bis-sagrament taż-żwieġ. Avviżi oħra: Filwaqt li nirringrazzjakom tal-laqgħa sabi ...

avvizi parrocca

Avviżi – 14.04.2024

Avviżi - 14.04.2024  -  It-3 Ħadd tal-Għid – Jum il-Karità It-Tlieta, 16/04: Fid-9.00am jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 18/04: Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru. Is-Sibt 20/04: Fid-9.30am Monsinjur Arċisqof se jmexxi l-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti f’quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom. Mill-5.15pm ‘il quddiem il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Afterno ...

avvizi parrocca

Avviżi – 07.04.2024

Avviżi - 07.04.2024  -  It-2 Ħadd tal-Għid - Ħadd il-Ħniena Divina Illum 07/04, it-2 Ħadd tal-Għid - Ħadd il-Ħniena Divina: Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-Knisja; u Fil-5.00pm tibda l-quddiesa. L-adorazzjoni u l-quddiesa ser ikunu animati mill-Kor Parrokkjali. Il-ħin tal-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija mil-lum jibda jkun fil-5.00pm. It-Tlieta 09/04: Fid-9.30am jkomplu l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-ċentru. Il-laqgħa li jmiss se ...

avvizi parrocca

Avviżi – 31.03.2024

Avviżi - 31.03.2024  -  L-Għid il-Kbir Illum 31/03, Ħadd il-Għid il-Kbir: L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-armar, fit-tħejjijiet u fl-organizazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awguri lill-fam ...