avvizi parrocca

Avviżi – 23.04.2023

Avviżi - 23.04.2023  -  It-3 Ħadd tal-Għid It-Tnejn, 24/04: Fis-7.00 p.m. fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali ser issir laqgħa għal dawk li bbukkjaw biex is-Sibt li ġej jiġu l-ġurnata Sqallija. Jekk għad hawn min hu interessat jiġi, fadal l-aħħar ftit postijiet u jista’ jkellimna sal-lum. It-Tlieta, 23/04: Issir il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fil-Knisja u tibda fid-9.15 am. Il-kelliema ser ikunu uffiċċjali tal-Pulizija tal-Komunita’ u se jitkellmu dwar is-sigurta’ fostna u l-preve ...

avvizi parrocca

Avviżi – 16.04.2023

Avviżi - 16.04.2023  -  It-2 Ħadd tal-Għid Illum 16/04, It-2 Ħadd tal-Għid - Ħadd il-Ħniena Divina: Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni fil-Knisja quddiem Ġesu’ Sagramentat. Fil-5.00 imbagħad tiġi ċċelebrata l-quddiesa. L-adorazzjoni u l-quddiesa ser ikunu animati mill-Kor Parrokkjali. Il-ħin tal-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija mil-lum tibda tkun fil-5.00 pm. Is-Sibt 22/04: Fid-9.30am Monsinjur Arċisqof se jordna 2 seminaristi bħala djakni f’quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Naw ...

avvizi parrocca

Avviżi – 09.04.2023

Avviżi - 09.04.2023  -  Ħadd il-Għid il-Kbir Illum 09/04: L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-armar u fl-organizzazzjoni tal-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awgurju lill-familjari u l-qraba kollha. Il-quddiesa tad-9.30am s ...

avvizi parrocca

Avviżi – 02.04.2023

Avviżi - 02.04.2023  -  Ħadd il-Palm Illum 02/04: Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa.  Fid-9.00am ninġabru quddiem il-M.U.S.E.U.M. tas-Subien biex issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Fid-9.30 tibda quddiesa solenni fil-Knisja li fiha t-tfal jippreżentaw il-karus ta’ imħabba. Inħeġġiġkom issegwu l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa li tqassam fi djarkom u ssegwu l-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’ għad-dettalji kollha dwar il-funzjonijiet, is-servizz tal-qrar u inizjattivi oħr ...

avvizi parrocca

Avviżi – 26.03.2023

Avviżi - 26.03.2023  -  Il-5 Ħadd tar-Randan Illum 26/03: Fid-9:30am - Quddiesa bis-sehem tat-tfal fejn qed nistiednu b’mod speċjali lil dawk li għamlu l-Ewwel Qrara. F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja, għandna l-Bazaar tal-Għid b’riżq il-parroċċa li jispiċċa llum. Inħeġġiġkom wara l-quddiesa tagħtu titwila. Matul il-ġurnata kollha se tkun miftuħa għall-ewwel darba l-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li l-grupp tal-Abbatini qed jorganizza fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum, bi ...

avvizi parrocca

Avviżi – 19.03.2023

Avviżi - 19.03.2023  -  Ir-4 Ħadd tar-Randan Mit-Tnejn 20/03 sal-Erbgħa 22/03: Filgħodu jsiru l-eżerċizzi għat-tfal tal-iskola primarja, fl-iskola stess. It-Tnejn 20/03, il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp billi d-19 ta’ Marzu nzerta l-Ħadd. Fil-4:45 pm fil-Knisja jkollna l-ewwel qrara tat-tfal li f’Ġunju se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. L-Erbgħa 22/03: Nofs ta’ nhar irtir tar-Randan organizzat mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’. L-irtir li hu miftuħ għal kulħadd ser isir għand i ...

avvizi parrocca

Avviżi – 12.03.2023

Avviżi - 12.03.2023  -  It-3 Ħadd tar-Randan It-Tnejn 13/03: Huwa l-10 anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku bħala Kap tal-Knisja Kattolika. Huwa xieraq li nirringrazzjaw minn qalbna lil Alla ta’ dan id-don kbir li ta lill-Knisja tiegħu, u tal-ġid kbir li għamel il-Papa Franġisku tul dawn is-snin. Inkomplu nitolbu għalih biex il-Mulej jagħtih il-qawwa u l-għajnuna ħalli jkompli jaqdi l-missjoni tiegħu b’dedikazzjoni u b’ġenerożità. Fis-7.15pm laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għa ...

avvizi parrocca

Avviżi – 05.03.2023

Avviżi - 05.03.2023  -  It-2 Ħadd tar-Randan Mit-Tnejn 06/03 sal-Ġimgħa 10/03: Fis-7.00pm ser isir kors ta’ eżerċizzi spiritwali għall-miżżewġin fil-Knisja u li se jitmexxew mill-Kanonku Mark Ellul, Surmast tal-Iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof. Il-koppji miżżewġa mhux biss huma mistiedna imma mħeġġa jattendu għal din l-opportunita’ li l-parroċċa qed toffri biex f’dan ir-Randan nisimgħu, nitolbu u nirriflettu. L-Erbgħa 08/03: Fid-9.30am laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat li se titmexx ...

avvizi parrocca

Avviżi – 26.02.2023

Avviżi - 26.02.2023  -  L-1 Ħadd tar-Randan Għal matul ir-Randan u l-kumplament ta’ din is-sena qed nipproponu li ta’ spiss ngħidu t-talba “Sinjur Alla, f’kollox u għal kollox għandi bżonnok . . . Int il-ħajja ta’ ruħi u ta’ ġisimi.” (sentenza ta' San Ġorġ Preca meħuda minn ’Domine Deus’) Ngħiduha flimkien ... It-Tlieta 28/02: Mis-7:00am, fiċ-Ċimiterju ser isir it-tindif ta’ oqbra tal-komun bin-numri 26 (XXVI) sa’ 37 (XXXVII). Familjari li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra mitluba jik ...

avvizi parrocca

Avviżi – 19.02.2023

Avviżi - 19.02.2023  -  Is-7 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 19/02; is-7 Ħadd ta’ matul is-sena: Wara l-quddiesa, minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom tal-Karnival. It-Tlieta 21/02: Fid-9:30am laqgħa tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ li se titmexxa minn uffiċjal mill-Aġenzija Sedqa. L-Erbgħa 22/02; nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Fil-quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied bħala sinjal ta’ indiema, konverżjoni u penitenza. Dakinhar għandna l-obbligu ...