Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena A Kolletta Sawwab f’ruħna, Mulej il-grazzja tiegħek, biex aħna li, bit-tħabbira tal-Anġlu, għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħu naslu fis-sebħ tal-qawmien mill-imwiet. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Arawha, ix-xebba ssir omm.Iż 7:10-14 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija F’dak iż-żmien, il-Mulej issokta jkellem ...
Inti huwa dak li għandu jiġi?
It-Tielet Ħadd tal-Avvent Sena A Kolletta O Alla, inti taf b’liema fedeltà l-poplu tiegħek qiegħed jistenna l-festa tal-Milied; agħtina, nitolbuk, li jseħħilna naslu għall-hena bla qjies li nġarrbu fit-twelid ta’ Sidna, u li b’qalb ferħana niċċelebrawh dejjem b’solennità qaddisa. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.Ammen. L–Ewwel Qari Alla ġej biex isalvakom.Iż 35:1-6a,10 Qari mill-Ktieb tal-Profe ...
Indmu għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet
It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena A Kolletta O Alla ħanin li tista’ kollox, agħmel li xejn fid-dinja ma jfixkilna aħna u nħaffu biex niltaqgħu ma’ Ibnek, iżda agħtina l-għerf tas-sema biex nissieħbu mal-istess Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.Ammen. L–Ewwel Qari Jiġġudika l-imsejknin skond il-ġustizzja.Iż 11:1-10 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija Għad toħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse,għad tinbet ...
Ishru biex tkunu lesti
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Sena A Kolletta O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int ridt iġġedded kollox f’Ibnek il-għażiż, is-Sultan tal-ħolqien kollu; fit-tjieba tiegħek, agħtina li l-ħlejjaq kollha, meħlusa mill-jasar tad-dnub, jaqdu O Alla li tista’ kollox, qanqal fil-fidili tiegħek ir-rieda li, bis-saħħa ta’ għemejjel tajba, joħorġu jiltaqgħu ma’ Kristu Ibnek li ġej, biex jissieħbu miegħu fil-leminija tiegħu u jistħoqqilhom jiksbu s-saltna tas-sema. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla ...
Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek
Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien KolluSolennità Kolletta O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int ridt iġġedded kollox f’Ibnek il-għażiż, is-Sultan tal-ħolqien kollu; fit-tjieba tiegħek, agħtina li l-ħlejjaq kollha, meħlusa mill-jasar tad-dnub, jaqdu lill-kobor tiegħek u jfaħħruk għal dejjem. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.Ammen. L–Ewwel Qari Lil David dilkuh sultan fuq Iżrael.2 Sam 5:1-3 ...
Jekk tibqgħu sħaħ sal-aħħar issalvaw ħajjitkom
It-Tlieta u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena Ċ Kolletta Nitolbuk, Mulej, Alla tagħna, agħtina li dejjem inġarrbu l-ferħ tar-rabta tagħna miegħek, għax l-hena sħiħ u bla tmiem jinsab filli dejjem naqdu lilek, li minnek jiġina kull ġid. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.Ammen. L–Ewwel Qari Għalikom titla’ x-xemx tal-ġustizzja.Mal 3:19-20a Qari mill-Ktieb tal-Profeta Malakija Ara, jiġi l-Jum, jaqb ...
Fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu
Festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran Kolletta O Alla, int tħejji għalik għamara għal dejjem, mibnija b’ġebel ħaj u magħżul; kattar fil-Knisja d-doni tal-grazzja tiegħek, biex il-poplu fidil jibqa’ jikber dejjem għall-bini ta’ Ġerusalemm tas-sema. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Rajt l-ilma ħiereġ mit-tempju.Eżek 47: 1-2. 8-9. 12 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekje ...
Jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum
Tifkira Solenni tal-Għid tal-Imwiet Kolletta Fit-tjieba tiegħek, Mulej, agħti widen għat-talb li qegħdin nagħmlulek, biex kif jissaħħaħ it-twemmin tagħna fil-qawmien ta’ Ibnek mill-imwiet, hekk titqawwa t-tama tagħna fil-qawmien mixtieq tal-qaddejja kollha tiegħek għall-ħajja. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. L–Ewwel Qari Ġob 19:1.23-27a Qari mill-Ktieb ta’ Ġob Ġob wieġeb u qal: “Mhu ...
ħenn għalija, għax jien midneb!
It-Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena Ċ Kolletta O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, kattar fina l-fidi, it-tama u l-imħabba, u agħmel li nħobbu l-kmandamenti tiegħek biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedtna. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.Ammen. L–Ewwel Qari It-talba tal-umli tinfed is-sħab.Sir 35:12-14,16-18 Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Il-Mulej hu mħallef,u ma jħarisx lejn l-uċuħ.Ma joqgħodx ...
Alla jagħmel ħaqq lill-magħżulin tiegħu
Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena Ċ Kolletta O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, agħmel li norbtu dejjem ir-rieda tagħna ma’ tiegħek u naqdu s-setgħa tiegħek b’qalb safja. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.Ammen. L–Ewwel Qari Kull meta Mosè kien jerfa’ jdejh, Iżrael kien jirbaħ.Eż 17:8-13 Qari mill-Ktieb tal-Eżodu F’dak iż-żmien, il-poplu ta’ Għamalek qam u tqabad ma’ Iżrael f’Rafid ...











