avvizi parrocca

Avviżi – 02.07.2023

Avviżi  - 02.07.2023  -  It-13-il Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tnejn 03/07: Fid-9.30am - Quddiesa fid-Day Centre. It-Tlieta 04/07: Fis-7.15pm - Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 06/07: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. Il-Ġimgħa 07/07, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom; Fit-8:30am u fis-5:45pm jkollna servizz ta’ qrar fil-Knisja. Filgħaxija ser ikol ...

avvizi parrocca

Avviżi – 25.06.2023

Avviżi  -  25.06.2023  -  It-12-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 25/06: Minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti. Fis-6.30pm - Quddiesa quddiem il-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, u wara tberik tal-pets fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija. It-Tnejn 26/06: Se norganizzaw trasport għat-Trade Fair fl-MFCC, Ta’ Qali. It-trasport jitlaq minn Ħad-Dingli fis-6.00pm. Dawk interessati għandhom jink ...

avvizi parrocca

Avviżi – 18.06.2023

Avviżi  -  18.06.2023  -  Il-11-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 18/06: Fid-9.00am isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.  Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin. Ikollna wkoll bejgħ ta’ doughnuts minn fuq iz-zuntier b’risq il-Kummissjoni Tfal. Mill-4.00pm sat-8.30pm - Il-Konkatidral ta' San Ġwann, fil-Belt Valletta, se jkun miftuħ f’okkażjoni oħra għall-pubbliku biex igawdi mingħajr ħlas ...

avvizi parrocca

Avviżi – 11.06.2023

Avviżi  - 11.06.2023  -  Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù - Corpus Christi Illum 11/06, Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù - Corpus Christi: Minn wara l-quddiesa tal-11:00am sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat. Fil-5:00pm - Quddiesa solenni mmexxija minn Dun Christopher Bugeja. Wara, purċissjoni bis-Sagrament bis-sehem fost l-oħrajn tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, ...

avvizi parrocca

Avviżi – 04.06.2023

Avviżi  - 04.06.2023  -  It-Trinità Mqaddsa – Jum l-Ewwel Tqarbina Illum 04/06: Nifirħu u nitolbu għat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina: 17 subien u 24 bniet. Fid-8.45am - It-tfal flimkien mal-katekisti jibdew mexjin f’purċissjoni mill-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. lejn il-knisja. Fid-9.30am - Tibda l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-11.00am tibda fil-11.15am. It-Tnejn 05/06, nibdew il-Ġimgħa Ewkaristika u għalhekk kuljum sa nhar il-Ġimgħa: Filgħodu - Mis-6.30 sas-7.30, Ġesu’ ...

avvizi parrocca

Avviżi – 28.05.2023

Avviżi  - 28.05.2023  -  Għid il-Ħamsin – Pentekoste Illum 28/05: Fid-9:30am - Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. It-Tnejn 29/05: Fis-5:45pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mat-tfal (subien u bniet) li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa ser issir fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien. Matul din il-ġimgħa t-tfal tal-Ewwel Tqarbina u l-ġenituri għandhom diversi mumenti organizzati għalihom skont programm li ngħatalhom. It-Tlieta 30/05: Filgħodu - Ħarġa ta ...

avvizi parrocca

Avviżi – 21.05.2023

Avviżi  - 21.05.2023  -  Is-7 Ħadd tal-Għid -It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum il-Komunikazzjoni Soċjali Illum 21/05: Minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti. Kien hawn min ma laħaqx fil-Bazaar ta’ Jum l-Omm u erġajna ġibna. Għandna wkoll xi pjanti.ss It-Tlieta 23/05: Il-membri tal-Leġjun ta’ Marija qed jistiednu lir-residenti ta’ Triq ir-Rabat biex fis-7.15 pm jinġabru fl-iSqaq tal-Lewżu u jitolbu flimkien ir-Rużarju. Inkomplu nħeġġu biex it-talba tar-Rużarju t ...

avvizi parrocca

Avviżi – 14.05.2023

Avviżi  - 14.05.2023  -  Is-6 Ħadd tal-Għid Illum 14/05: Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.  Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin. F’Dar Dun Ġwann Abela ħdejn il-Knisja għandna l-Bazaar ta’ Jum l-Omm b’riżq il-parroċċa. Inħeġġiġkom wara l-quddiesa tagħtu titwila. It-Tlieta 16/05: Filgħodu, il-Grupp tan-Nisa Magnificat se jorganizza ħarġa għall-kumpless ta’ Farsons, fl-Imri ...

avvizi parrocca

Avviżi – 07.05.2023

Avviżi  - 07.05.2023  -  Il-5 Ħadd tal-Għid It-Tnejn 8/05, Festa tal-Madonna ta’ Pompej: Nistiednu lil min jista’ biex fil-11.30am ninġabru fil-Knisja għat-talba tar-Rużarju u s-Supplika lill-Madonna u f’12.00pm tiġi ċċelebrata quddiesa fl-okkażjoni ta’ din il-festa Marjana. It-Tlieta 09/05 - Festa ta’ San Ġorġ Preca: Fis-6.30pm quddiesa animata mill-membri tal-oqsma tal-M.U.S.E..UM. tal-parroċċa.  Kulħadd mistieden jattendi. Fis-7.15pm jingħad Rużarju fil-beraħ, din id-darba ħdejn l-is ...

avvizi parrocca

Avviżi – 30.04.2023

Avviżi  - 30.04.2023  -  Ir-4 Ħadd tal-Għid - Jum il-Vokazzjonijiet u Jum il-Karità F’Mejju l-knisja tħeġġiġna nitolbu t-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna. Fil-ġranet fost il-ġimgħa r-rużarju fil-Knisja jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.30 a.m. u fis-6.00 p.m. Tul dan ix-xahar ukoll, bil-għajnuna tal-membri tal-Leġjun ta’ Marija r-Rużarju se jkun qed jingħad ukoll fil-beraħ f’diversi żoni tal-parroċċa. Se nibdew it-Tlieta li ġej fis-7.15 p.m. ħdejn iċ-Ċimiterju u nistiednu b ...