Avviżi - 17.05.2026 - Is-7 Ħadd tal-Għid It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum tal-Komunikazzjoni Soċjali It-Tnejn 18/05: Fis-7.15pm - Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li wliedhom ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof din is-sena. It-Tlieta 19/05: Fid-9.30am - Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru. L-aħħar laqgħa tkun it-Tlieta ta’ wara, u se tieħu l-format ta’ ħarġa soċjali u kulturali, fil-Mużew tal-Agrikoltura tax-Xierfa, f’Għar Barka, ir-Rabat. Il- ...
Avviżi – 10.05.2026
Avviżi - 10.05.2026 - Is-6 Ħadd tal-Għid Illum 10/05: Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju. Fil-quddiesa tad-9.30am, li tkun bis-sehem tat-tfal, se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin. It-Tnejn 11/05: Fis-6.30pm - Quddiesa fil-knisja organizzata mill-membri tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. li fiha niċċelebraw lil San Ġorġ Preca, l-ewwel qaddis Malti kkanonizzat. Kulħadd mistieden jattendi. It-Tlieta 12/05: ...
Avviżi – 03.05.2026
Avviżi - 03.05.2026 - Il-5 Ħadd tal-Għid It-Tnejn 04/05: Il-kwadru titulari tal-parroċċa tagħna li juri t-tlugħ fis-sema ta’ Santa Marija ser jittieħed għar-restawr fil-laboratorju tal-kumpanija Atelier del Restauro biex nerġgħu nibdew ingawduh għall-festa li ġejja, f’Awwissu. It-Tlieta 05/05: Fis-7.30pm - Rużarju fil-beraħ animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn iċ-Ċimiterju. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiż ...
Avviżi – 26.04.2026
Avviżi - 26.04.2026 - Ir-4 Ħadd tal-Għid - Jum il-Vokazzjonijiet It-Tlieta 28/04: Fid-9.00 am, il-membri tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ se jiltaqgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jgħinu fit-tindif tal-post. Il-Ġimgħa 01/05 - Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem (btala pubblika) Fid-9.00am – Kulħadd mistieden għaċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa fit-triq quddiem iċ-Ċentru Parrokkjali f’għeluq il-15-il sena mill-ftuħ uffiċċjali tiegħu. Wara se ninawguraw u nbierku l-proġett tal-lift waqt l ...
Avviżi – 19.04.2026
Avviżi - 19.04.2026 - It-3 Ħadd tal-Għid - Jum il-Karità It-Tlieta, 21/04: Fid-9.30am - Laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-kelliem ser ikun it-Tabib Gianluca Bezzina mill-Aġenzija Sedqa u s-suġġett ser ikun: Il-Ħsara tad-Droga. Din il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd. Is-Sibt 25/04: Il-quddiesa tal-4.30pm tkun bis-sagrament taż-żwieġ. Il-Ġimgħa 01/05 - Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem: Fid-9:00am – Quddiesa barra ċ-Ċe ...
Avviżi – 12.04.2026
Avviżi - 12.04.2026 - It-2 Ħadd tal-Għid - Ħadd il-Ħniena Divina Illum 12/04, It-2 Ħadd tal-Għid u l-festa tal-Ħniena Divina: Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat; u Fil-5.00pm tibda l-quddiesa. L-adorazzjoni u l-quddiesa ser ikunu animati mill-Kor Parrokkjali. Il-ħin tal-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija mil-lum jibda jkun fil-5.00pm. It-Tnejn 13/04: Inkomplu bit-tieni parti tat-Tberik tal-Familji għal din is-sena. Il-programm għax-xahar ta’ April ji ...
Avviżi – 05.04.2026
Avviżi - 05.04.2026 - L-Għid il-Kbir Illum 05/04, l-Għid il-Kbir: L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Jirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-organizazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awgurju lill-familjari u l-qraba kollha. Il-q ...
Avviżi – 29.03.2026
Avviżi - 29.03.2026 - Ħadd il-Palm Illum 29/03: Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa. Fid-9.00am ninġabru fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien biex issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Fid-9.30 tibda quddiesa solenni fil-Knisja li fiha t-tfal jippreżentaw il-karus ta’ imħabba. Inħeġġiġkom issegwu l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa li tqassam fi djarkom u ssegwu l-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’ għad-dettalji kollha dwar il-funzjonijiet, is-servizz tal-qrar u inizjatt ...
Avviżi – 22.03.2026
Avviżi - 22.03.2026 - Il-5 Ħadd tar-Randan Mit-Tnejn 23/03 sal-Ħamis 26/03: Filgħaxija jkollna l-aħħar kors ta’ eżerċizzi tar-Randan fil-Knisja, miftuħ għal kulħadd, li jsir fil-quddiesa tas-6.30pm. Imexxi Dun Ġorġ Scerri MSSP. Inħeġġeġ għal attendenza b’widnejn u qalb miftuħa. Il-Ħamis 26/03: Jum ir-Rikonċiljazzjoni. Ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja bejn is-6.30am u s-7.30am u filgħaxija mis-5.45 ‘il quddiem. Il-Ġimgħa 27/03, Festa Devozzjonali tad-Duluri: ...
Avviżi – 15.03.2026
Avviżi - 15.03.2026 - Ir-4 Ħadd tar-Randan Illum 15/03: Fid-9.30am - quddiesa bis-sehem tat-tfal li għamlu l-Ewwel Qrara; Bejn it-8.30am u nofsinhar membri tal-Kummissjoni Tfal ser ibiegħu zeppoli fuq iz-zuntier. It-Tlieta 17/03: Fid-9.30am - Laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali bil-kelliem ikun in-Nutar Joseph Tabone. Il-Ħamis 19/03; il-Knisja tiċċelebra s-solennità ta’ San Ġużepp. Tajjeb li nqaddsu dan il-jum bi ...


