Avviżi - 24.08.2025 - Il-21 Ħadd ta’ matul is-Sena L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, u l-Kleru, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa sabiħa u dinjituża li ċċelebrajna f’ġieħ Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll b’donazzjonijiet fil-ġbir. Nibqgħu ngħożżu l-fatt li konna flimkien, familja waħda li qed tiċċelebra u li kienet viċin ...
Avviżi – 17.08.2025
Avviżi - 17.08.2025 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA. Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum f’dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u fl-isptarijiet, u fl-emigranti. Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom. Il-quddiesa ewlenija ta’ jum il-festa tibda fid-9.15am u se titmexxa mill-Kard ...
Avviżi – 15.08.2025
Avviżi - 15.08.2025 - Is-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna Illum, 15/08: Il-ħinijiet tal-quddiesa huma bħal tal-Ħadd, ħlief tad-9.30am li se tibda kwarta qabel, fid-9.15am. F’din il-quddiesa se nfakkru l-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Grupp Familji Nsara Sagra Familja. Mistiedna speċjali l-membri tal-grupp u l-koppji li din is-sena qed jiċċelebraw is-60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena. Illum ukoll qed nistiednu ‘l min g ...
Avviżi – 10.08.2025
Avviżi – 10.08.2025 - Id-19-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 10/08: Aħna mistiedna nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm bejn it-8.30am u s-1.00pm. L-għoti tad-demm ser isir fil-Mobile Blood Donation Unit ħdejn il-Knisja. Meħtieġa l-karta tal-identità. It-Tnejn, 11/08: Fil-quddiesa tas-6.30pm jiġu ppreżentati lil Santa Marija t-trabi li twieldu fl-aħħar sena. Mistiedna wkoll il-koppji li qed jistennew tarbija. It-Tlieta, 12/08: Fis-6.30 p.m. qud ...
Avviżi – 03.08.2025
Avviżi - 03.08.2025 - It-18-il Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 03/08: Il-quddiesa tad-9.30am se tlaqqa’ flimkien lil dawk li jipprattikaw xi sport u dawk li jsegwu l-isport. Jattendu wkoll it-tfal li wara jkollhom il-pellegrinaġġ bir-roti. It-Tnejn 04/08: Il-quddiesa tas-6.30 p.m. ser issir f’Misraħ Frenċ Abela minflok fil-knisja u se tkun b’tifkira mit-twaqqif tal-banda Santa Marija. It-Tlieta 05/08: Fil-5.30pm nistiednu lit-tfal jinġabru f’Misraħ Frenċ Abela mi ...
Avviżi – 27.07.2025
Avviżi - 27.07.2025 - Is-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena L-Erbgħa 30/07: Fis-7.00pm tibda l-Mixja tal-Festa minn ħdejn il-Knisja Arċipretali sal-kappella tal-Madonna tal-Providenza, fis-Siġġiewi. Wara jkollna trasport lura lejn Ħad-Dingli. Inħeġġukom tattendu, b’dawk li ġejjin għandhom jinkitbu fis-sagristija. Il-Ġimgħa 01/08, nagħtu bidu għall-Kwindiċina tal-festa ta’ Santa Marija: Filgħodu, mit-8.00 sa nofsinhar ikollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għall-adorazzjoni fil-Kn ...
Avviżi – 20.07.2025
Avviżi - 20.07.2025 - Is-16-il Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tlieta 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena: Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-kappella ddedikata lilha fuq l-irdum. Din se titmexxa mill-Isqof Awżiljarju, Monsinjur Joseph Galea Curmi. Wara jkollna attività soċjali. Il-biljetti għall-ikel jinsabu għall-bejgħ mis-sagristija. Dakinhar, il-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Arċipretali ma ssirx. Il-Ħamis 24/07: Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni qud ...
Avviżi – 13.07.2025
Avviżi - 13.07.2025 - Il-15-il Ħadd ta’ matul is-Sena L-Erbgħa 16/07: Ħarġa ta’ ġurnata f’Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Tluq tat-trasport fis-7.00am. Kitba għand il-membri tal-fund-raising jew fis-sagristija sa għada. Il-Ħamis 17/07: Fis-7.00pm - Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. It-Tlieta 22/07, niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija ...
Avviżi – 06.07.2025
Avviżi - 06.07.2025 - L-14-il Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tlieta 08/07: Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 10/07: Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja. Il-Ġimgħa 11/07: Fis-7.30pm - Laqgħa għall-fratelli fiċ-Ċentru bi tħejjija għall-festa. Is-Sibt 12/07: Fis-6.30pm - Il-quddiesa tkun bis-sagrament taż-żwieġ. Il-Ħadd 13/07: Il-ġabra fil-quddies tkun dik magħruf ...
Avviżi – 29.06.2025
Avviżi - 29.06.2025 - Solennità ta’ San Pietru u San Pawl Illum 29/06, Solennità ta’ San Pietru u San Pawl (L-Imnarja): Fis-6.00am l-Arċipriet jiċċelebra quddiesa fil-Buskett u l-Kumitat Festa Esterna jkompli bil-fiera sa nofsinhar. Dun Karm Sacco, Salesjan, jiċċelebra l-50 sena mindu sar saċerdot, filwaqt li l-Kan. Arċipriet David Farrugia jiċċelebra l-21 sena u l-Kan. Christopher Bugeja jiċċelebra 5 snin. Nifirħulhom u nawgurawlhom, u nkomplu nwiegħduhom it-talb u l-koperazzjo ...


